2 Samwel 20:16 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 16 U mara għaqlija+ bdiet tgħajjat mill-belt: “Isimgħu, irġiel, isimgħu! Għidu, jekk jogħġobkom, lil Ġowab, ‘Ersaq qrib s’hawnhekk ħalli nkellmek.’” Proverbji 21:22 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 22 L-għaref telaʼ mas-sur tal-belt tas-setgħanin, sabiex iġarraf is-saħħa tal-fiduċja tagħha.+ Proverbji 24:5 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 5 Wieħed li juża saħħtu bl-għerf huwa raġel b’saħħtu tassew,+ u r-raġel li għandu l-għarfien qed iżid il-qawwa tiegħu.+ Ekkleżjasti 9:16 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 16 U jien għedt: “L-għerf aħjar mis-setgħa;+ madankollu, l-għerf taʼ min hu fil-bżonn hu mistmerr, u ħadd ma jismaʼ minn kliemu.”+
16 U mara għaqlija+ bdiet tgħajjat mill-belt: “Isimgħu, irġiel, isimgħu! Għidu, jekk jogħġobkom, lil Ġowab, ‘Ersaq qrib s’hawnhekk ħalli nkellmek.’”
5 Wieħed li juża saħħtu bl-għerf huwa raġel b’saħħtu tassew,+ u r-raġel li għandu l-għarfien qed iżid il-qawwa tiegħu.+
16 U jien għedt: “L-għerf aħjar mis-setgħa;+ madankollu, l-għerf taʼ min hu fil-bżonn hu mistmerr, u ħadd ma jismaʼ minn kliemu.”+