12 U jien se niddestinakom għas-sejf,+ u lkoll kemm intom tmilu biex tinqatlu;+ għax jien sejjaħt,+ imma intom ma wiġibtux; tkellimt, imma intom ma smajtux;+ u bqajtu tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja,+ u għażiltu dak li jien ma tgħaxxaqtx bih.”+
4 Min-naħa tiegħi, jien se nagħżel modi kif nittrattahom ħażin;+ u nġib fuqhom l-affarijiet li jibżgħu minnhom;+ talli jien sejjaħt, imma ħadd ma wieġeb; tkellimt, imma ħadd ma semaʼ;+ u baqgħu jagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja, u għażlu dak li jien ma tgħaxxaqtx bih.”+
13 U issa, talli bqajtu tagħmlu dawn l-għemejjel kollha,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u talli ma smajtux+ avolja kellimtkom kemm-il darba, u kont inbakkar fil-għodu biex inkellimkom,+ u talli ma wiġibtux+ avolja bqajt insejħilkom,
5 u jekk ma tisimgħux mill-kliem tal-qaddejja tiegħi l-profeti, li qed nibagħtilkom, iva, li bakkart biex nibgħathomlkom imma intom ma smajtux minnhom,+
33 U baqgħu jagħtuni daharhom u mhux wiċċhom;+ għalkemm għallimthom, iva, kont inbakkar fil-għodu biex ngħallimhom, imma ħadd minnhom ma ta widen biex jilqaʼ d-dixxiplina.+