9 Min jibqaʼ f’din il-belt bla ma jagħmel xejn se jmut bis-sejf u bil-ġuħ u bil-pesta;+ imma min joħroġ barra u jagħti ruħu lill-Kaldin li qed jassedjawkom jibqaʼ ħaj, u ruħu jiħodha bħala priża.”’+
12 U lil Sedekija,+ is-sultan taʼ Ġuda, ukoll għedtlu dan il-kliem kollu:+ “Qiegħdu għonqkom taħt il-madmad tas-sultan taʼ Babilonja u aqdu lilu u lin-nies tiegħu u tibqgħu tgħixu.+