19 U jiġri li tgħidu, ‘Għala għamlilna dan kollu Ġeħova Alla tagħna?’+ U trid tgħidilhom, ‘Bħalma intom tlaqtuni u mortu taqdu alla barrani f’pajjiżkom, hekk intom se taqdu stranġieri f’pajjiż li m’huwiex tagħkom.’”+
17 “U Ġeħova taʼ l-armati, Dak li ħawlek,+ iddikjara gwaj kontrik minħabba l-ħażen li dar Israel+ u dar Ġuda għamlu biex joffenduni, bid-duħħan tas-sagrifiċċji li offrew lil Bagħal.”+
10 “‘“Għax jien dawwart wiċċi kontra din il-belt biex inġib fuqha gwaj mhux ġid,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “F’id is-sultan taʼ Babilonja se tingħata,+ u hu jaħraqha bin-nar.”+
28 “U jseħħ li bħalma qgħadt għassa għalihom+ biex naqlagħhom mill-għeruq u nwaqqagħhom u nġarrafhom u neqridhom u nagħmlilhom il-ħsara,+ daqshekk ieħor noqgħod għassa għalihom biex nibnihom u nħawwilhom,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.