LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • 1 Slaten 9:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 U din id-​dar issir ħerba sħiħa.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejha jibqaʼ ċċassat,+ isaffar bi stagħġib, u jgħid, ‘Ġeħova għalfejn għamlilhom hekk lil din l-​art u din id-​dar?’+

  • 2 Slaten 25:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 U ħaraq id-​dar taʼ Ġeħova+ u d-​dar tas-​sultan+ u d-​djar kollha f’Ġerusalemm;+ u d-​dar taʼ kull raġel importanti ħaraqha bin-​nar.+

  • 2 Kronaki 7:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 Inkwantu għal din id-​dar li tkun saret ħerba sħiħa,+ kulmin jgħaddi minn ħdejha jistagħġeb u jiċċassa+ u żgur li jgħid, ‘Ġeħova għalfejn għamlilhom hekk lil din l-​art u din id-​dar?’+

  • 2 Kronaki 36:19
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 19 U ħaraq id-​dar taʼ l-​Alla l-​veru+ u ġarraf is-​sur+ taʼ Ġerusalemm; u t-​torrijiet mgħammrin kollha tagħha ħarquhom bin-​nar kif ukoll l-​oġġetti mixtiqin kollha tagħha,+ u b’hekk kollox inqered.+

  • Salm 74:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  8 Huma, kif ukoll uliedhom, qalu f’qalbhom ilkoll flimkien:

      “Il-​postijiet tal-​laqgħa t’Alla kollha se jinħarqu fil-​pajjiż.”+

  • Salm 79:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 79 O Alla, il-​ġnus daħlu f’wirtek;+

      Niġġsu t-​tempju qaddis tiegħek;+

      Għamlu lil Ġerusalemm ħerba sħiħa.+

  • Ġeremija 26:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 “Fi żmien Ħeżekija, is-​sultan taʼ Ġuda,+ kien hemm jipprofetizza Mikea+ minn Moreset+ li qal lill-​poplu kollu taʼ Ġuda, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Sijon għad tinħarat bħal għalqa,+ u Ġerusalemm għad issir ħerba sħiħa,+ u l-​muntanja tad-​Dar tkun bħall-​postijiet għoljin taʼ foresta.”’+

  • Lamentazzjonijiet 2:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  7 Ġeħova warrab l-​artal tiegħu.+ Stmerr is-​santwarju tiegħu.+

      Ċeda l-​ħitan tat-​torrijiet mgħammrin tagħha f’idejn l-​għadu.+

      Huma semmgħu leħinhom fid-​dar taʼ Ġeħova, bħal f’jum taʼ festa.+

  • Eżekjel 24:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 ‘Għid lil dar Israel: “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, qed nipprofana s-​santwarju tiegħi,+ il-​kburija taʼ saħħitkom,+ il-​ħaġa sabiħa f’għajnejkom+ u l-​ħaġa li ruħkom tagħder, u wliedkom subien u bniet li intom ħallejtu warajkom—bis-​sejf se jaqgħu.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja