LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Salm 78:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  8 B’hekk, ma jsirux bħal missirijiethom,+

      Ġenerazzjoni rasha iebsa u ribelluża,+

      Ġenerazzjoni li ma ħejjietx qalbha+

      U li ma wrietx spirtu taʼ fedeltà m’Alla.+

  • Salm 81:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U għalhekk ħallejthom jitilqu fl-​ebusija taʼ qalbhom;+

      Imxew skond il-​pjanijiet tagħhom stess.+

  • Salm 95:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Għal erbgħin sena sħaħ bqajt nistkerrah lil dik il-​ġenerazzjoni,+

      U għedt:

      “Dawn in-​nies m’għandhomx qalb stabbli,+

      U ma sarux jafu triqati”;+

  • Isaija 1:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 Il-prinċpijiet tiegħek stinati u mseħbin mal-​ħallelin.+ Kull wieħed minnhom iħobb it-​tixħim+ u jiġri wara r-​rigali.+ Ma jagħmlux il-​ħaqq lit-​tifel bla missier; u l-​kawża legali taʼ l-​armla ma jridux jisimgħuha.+

  • Isaija 65:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 “Ftaħt idejja l-​jum kollu lejn poplu rasu iebsa,+ dawk li mexjin fi triq ħażina,+ wara ħsibijiethom;+

  • Ġeremija 3:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Dak iż-​żmien se jsejħu lil Ġerusalemm it-​tron taʼ Ġeħova;+ u l-​ġnus kollha jinġabru fiha+ biex ifaħħru isem Ġeħova f’Ġerusalemm,+ u qatt iktar ma jimxu wara l-​ebusija taʼ qalbhom il-​ħażina.”+

  • Ġeremija 11:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 Imma huma ma semgħux u lanqas taw widen,+ iżda komplew jimxu lkoll fl-​ebusija taʼ qalbhom il-​ħażina;+ u għalhekk ġibt fuqhom il-​kliem kollu taʼ dan il-​patt li kkmandajthom jagħmlu, imma li huma min-​naħa tagħhom ma wettquhx.’”

  • Ġeremija 18:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U huma qalu: “Kollu taʼ xejn!+ Għax se nimxu kif naħsbu aħna, u kull wieħed minna se jagħmel skond l-​ebusija taʼ qalbu l-​ħażina.”+

  • Ħosea 11:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 U n-​nies tiegħi għandhom it-​tendenza li ma jurunix fedeltà.+ Hemm min isejħilhom biex jerġgħu lura lejn l-​ogħla wieħed; imma lanqas ħadd ma jqum.

  • Atti 7:51
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 51 “Irġiel stinati li m’intomx ċirkonċiżi fi qlubkom+ u f’widnejkom, intom dejjem tirreżistu l-​ispirtu qaddis; bħalma għamlu missirijietkom, hekk tagħmlu intom.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja