Levitiku
26 “‘Tagħmlux allat bla siwi għalikom,+ u twaqqfux xi xbieha skolpita+ jew xi pilastru sagru għalikom, u tpoġġux xi ġebla bħala figura skolpita+ f’artkom sabiex tmilu quddiemha;+ għax jien Ġeħova Alla tagħkom. 2 Għandkom tħarsu s-Sabatijiet+ tiegħi u jkollkom rispett profond għas-santwarju tiegħi. Jien Ġeħova.
3 “‘Jekk tkomplu timxu skond l-istatuti tiegħi u tħarsu l-kmandamenti tiegħi u twettquhom,+ 4 jien żgur li nagħtikom il-ħalbiet tax-xita f’waqthom,+ u l-art trodd l-uċuħ tagħha,+ u s-siġar tar-rabaʼ jagħtu l-frott tagħhom.+ 5 U d-dris tagħkom żgur li jilħaq il-ġbir taʼ l-għeneb tagħkom, u l-ġbir taʼ l-għeneb jilħaq iż-żrigħ taż-żerriegħa; u tieklu ħobżkom sa ma tixbgħu+ u tgħammru fis-sigurtà f’artkom.+ 6 U nitfaʼ s-sliem fuq l-art,+ u intom timteddu, u ħadd ma jġegħelkom titriegħdu;+ u neqred mill-art il-bhima salvaġġa li tagħmel il-ħsara,+ u sejf ma jgħaddix minn ġo artkom.+ 7 U tiġru wara l-għedewwa tagħkom,+ u dawn jaqgħu quddiemkom bis-sejf. 8 U ħamsa minnkom jiġru wara mija, u mija minnkom jiġru wara għaxart elef, u l-għedewwa tagħkom jaqgħu quddiemkom bis-sejf.+
9 “‘U ndur lejkom+ u nġegħelkom tnisslu u toktru,+ u nwettaq il-patt tiegħi magħkom.+ 10 U tieklu l-ħsad il-qadim tas-sena taʼ qabel,+ u toħorġu l-qadim qabel il-ġdid. 11 U żgur li nqiegħed it-tabernaklu tiegħi f’nofskom,+ u ruħi ma tistmerrkomx.+ 12 U nimxi f’nofskom u jien inkun Alla tagħkom,+ u intom tkunu l-poplu tiegħi.+ 13 Jien Ġeħova Alla tagħkom, li ħriġtkom mill-art taʼ l-Eġittu biex ma tibqgħux ilsiera tagħhom,+ u kissirt il-madmad tagħkom u ġegħeltkom timxu dritti.+
14 “‘Madankollu, jekk ma tisimgħux minni u lanqas tobdu dawn il-kmandamenti kollha,+ 15 u jekk tiċħdu l-istatuti tiegħi,+ u jekk ruħkom tistmerr id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi sabiex ma tobdux il-kmandamenti tiegħi kollha, sal-punt li tiksru l-patt tiegħi,+ 16 jien, min-naħa tiegħi, nagħmlilkom dan li ġej, u b’kastig inġib fuqkom l-inkwiet permezz tat-tuberkulosi+ u d-deni qawwi li jdgħajfulkom għajnejkom+ u jifnulkom ruħkom.+ U tiżirgħu ż-żerriegħa sempliċement għalxejn, għax jikluhielkom l-għedewwa tagħkom.+ 17 U jien indawwar wiċċi kontrikom, u żgur li l-għedewwa tagħkom jegħlbukom;+ u min jobgħodkom jgħaffiġkom taħt saqajh,+ u intom fil-fatt taħarbu meta ħadd ma jkun qed jiġri warajkom.+
18 “‘Iżda, jekk minkejja dawn l-affarijiet, ma tisimgħux minni, jien ikolli nikkastigakom sebaʼ darbiet iktar għal dnubietkom.+ 19 U jkolli nkisser il-kburija taʼ saħħitkom u nagħmel is-smewwiet tagħkom bħall-ħadid+ u l-art tagħkom bħar-ram aħmar. 20 U taħlu saħħitkom għalxejn, għax l-art tagħkom ma troddx l-uċuħ tagħha,+ u s-siġar tar-rabaʼ ma jagħtux il-frott tagħhom.+
21 “‘U jekk tkomplu tiħduha kontrija u ma tkunux tridu tisimgħu minni jkolli nżidilkom il-kastigi sebaʼ darbiet iktar skond dnubietkom.+ 22 U nibgħat il-bhejjem salvaġġi tar-rabaʼ fostkom,+ u jħallukom bla tfal+ u jeqirdulkom l-annimali domestiċi tagħkom u lilkom iġibukom ftit nies, u t-toroq tagħkom tabilħaqq jiġu abbandunati.+
23 “‘U jekk minkejja dawn l-affarijiet ma tħallunix nikkorreġikom+ u tkunu tridu tibqgħu tiħduha kontrija, 24 jien, iva, jien, ikolli niħodha kontrikom;+ u jien, iva, jien, ikolli nidrobkom sebaʼ darbiet għal dnubietkom.+ 25 U nġib fuqkom sejf li jagħmel vendetta+ minħabba l-patt;+ u tinġabru fi blietkom, u nibgħat il-pesta f’nofskom,+ u tingħataw f’id l-għadu.+ 26 Meta nkun kissirtilkom il-bsaten li ddendlu l-ftajjar magħhom,+ għaxar nisa jaħmu ħobżkom ġo forn wieħed biss u jroddulkom ħobżkom bl-użin;+ u tieklu imma ma tixbgħux.+
27 “‘Jekk, madankollu, ma tisimgħux minni u tkunu tridu tibqgħu tiħduha kontrija,+ 28 ikolli niħodha bl-aħrax kontrikom,+ u jien, iva, jien, ikolli nikkastigakom sebaʼ darbiet għal dnubietkom.+ 29 U jkollkom tieklu l-laħam taʼ wliedkom subien, u tieklu l-laħam taʼ wliedkom bniet.+ 30 U żgur li nġib fix-xejn il-postijiet għall-qima* sagri tagħkom+ u neqred l-artali taʼ l-inċens tagħkom u nqiegħed l-iġsma mejtin tagħkom fuq il-fdalijiet taʼ l-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel;+ u ruħi tistmerrkom.+ 31 U nġiegħel li blietkom jingħataw għas-sejf+ u nagħmel ħerba mis-santwarji tagħkom,+ u l-irwejjaħ pjaċevoli tagħkom ma nxommhomx.+ 32 U jien, min-naħa tiegħi, nagħmel l-art ħerba,+ u l-għedewwa tagħkom li qed jgħammru fiha sempliċement jistagħġbu u jiċċassaw meta jarawha.+ 33 U lilkom inxerridkom qalb il-ġnus,+ u nislet sejf għal warajkom;+ u artkom issir ħerba,+ u blietkom isiru rovina sħiħa.
34 “‘F’dak iż-żmien, kemm iddum ħerba, l-art tħallas is-Sabatijiet tagħha, waqt li intom tkunu f’art l-għedewwa tagħkom. F’dak iż-żmien, l-art tħares is-Sabat, għax trid trodd is-Sabatijiet tagħha.+ 35 Kemm iddum ħerba, l-art tħares is-Sabat, għar-raġuni li ma ħarsitx is-Sabat matul is-Sabatijiet tagħkom meta intom kontu qed tgħammru fiha.
36 “‘Inkwantu għal dawk li jibqaʼ minnkom,+ żgur li nnissel il-biżaʼ fi qlubhom fl-artijiet taʼ l-għedewwa tagħhom; u l-ħoss taʼ werqa tiċċaqlaq ’l hemm u ’l hawn iġegħelhom jitilqu jiġru, u tabilħaqq jaħarbu, bħal meta wieħed jaħrab mis-sejf, u jaqgħu bla ma jkun hemm ħadd jiġri warajhom.+ 37 U jitfixklu f’xulxin bħal meta jaħarbu mis-sejf bla ma jkun hemm ħadd jiġri warajhom, u intom ma jkollkomx il-ħila tirreżistu lill-għedewwa tagħkom.+ 38 U tgħibu qalb il-ġnus,+ u l-art taʼ l-għedewwa tagħkom tiblagħkom. 39 U dawk li jibqaʼ minnkom jitmermru+ għalkollox minħabba l-iżball tagħhom fl-artijiet taʼ l-għedewwa tagħkom. Iva, saħansitra minħabba l-iżbalji taʼ missirijiethom,+ bħalhom jitmermru għalkollox. 40 U jistqarru+ li kemm huma u kemm missirijiethom ħaduha kontrija u ma wrewx fedeltà u dinbu kontrija,+ 41 u għalhekk jien kelli niħodha kontrihom+ u ndaħħalhom f’art l-għedewwa tagħhom.+
“‘Dan sar biex forsi jumiljaw il-qalb mhix ċirkonċiża+ tagħhom,+ u jħallsu għall-iżball tagħhom. 42 U jien niftakar fil-patt tiegħi maʼ Ġakobb;+ u niftakar ukoll fil-patt tiegħi maʼ Iżakk+ u wkoll fil-patt tiegħi m’Abraham,+ u niftakar ukoll fl-art. 43 Dan iż-żmien kollu l-art tħalliet abbandunata minnhom u kienet qed tħallas is-Sabatijiet+ tagħha waqt li kienet tinsab ħerba mingħajrhom, u huma nfushom kienu qed iħallsu għall-iżball tagħhom,+ għaliex, iva, għaliex huma kienu ċaħdu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ u ruħhom kienet stmerret l-istatuti tiegħi.+ 44 U minkejja dan kollu, waqt li jkunu għadhom f’art l-għedewwa tagħhom, jien żgur li ma niċħadhomx+ u lanqas nistmerrhom+ biex neqridhom għalkollox, u nikser il-patt tiegħi magħhom;+ għax jien Ġeħova Alla tagħhom. 45 U minħabba fihom niftakar fil-patt maʼ l-antenati tagħhom+ li jien ħriġt mill-art taʼ l-Eġittu quddiem għajnejn il-ġnus+ sabiex nuri li jien Alla tagħhom. Jien Ġeħova.’”
46 Dawn huma r-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ u l-liġijiet li Ġeħova għamel bejnu u bejn ulied Israel fuq il-Muntanja Sinaj permezz taʼ Mosè.+