2 Slaten
18 U ġara li fit-tielet sena taʼ Ħosegħa+ bin Elah is-sultan taʼ Israel, Ħeżekija+ bin Aħaż+ is-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 2 Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Abi bint Żakkarija.+ 3 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova,+ skond kulma kien għamel David missieru.+ 4 Kien hu li neħħa l-postijiet għall-qima*+ u kisser il-pilastri sagri+ u qaċċat l-arblu sagru+ u farrak is-serp tar-ram aħmar+ li kien għamel Mosè;+ għax sa dak iż-żmien ulied Israel kienu baqgħu joffrulu d-duħħan tas-sagrifiċċji,+ u lill-idolu kienu jsejħulu s-serp tar-ram aħmar.+ 5 Hu fada f’Ġeħova l-Alla taʼ Israel;+ u warajh ma kien hemm ħadd bħalu fost is-slaten kollha taʼ Ġuda,+ u lanqas fost dawk li ġew qablu.+ 6 U baqaʼ mqabbad maʼ Ġeħova.+ Ma warrabx minn warajh, imma kompla jħares il-kmandamenti li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ 7 U Ġeħova kien miegħu.+ F’kulma kien jagħmel kien jaġixxi bil-prudenza;+ u rribella kontra s-sultan taʼ l-Assirja u ma qdiehx.+ 8 U kien hu li ħarbat lill-Filistin+ sa Gaża+ kif ukoll it-territorji tagħha, mit-torri+ taʼ l-għassiesa sal-belt fortifikata.
9 U ġara fir-rabaʼ sena tas-Sultan Ħeżekija, jiġifieri, fis-sebaʼ sena taʼ Ħosegħa+ bin Elah is-sultan taʼ Israel, li Salmaneser+ is-sultan taʼ l-Assirja telaʼ kontra s-Samarija u assedjaha.+ 10 U rebħuha+ wara kważi tliet snin; fis-sitt sena taʼ Ħeżekija, jiġifieri, fid-disaʼ sena taʼ Ħosegħa s-sultan taʼ Israel, is-Samarija ntrebħet.+ 11 Wara dan, is-sultan taʼ l-Assirja+ ħa lil Israel fl-eżilju+ lejn l-Assirja u ħalliehom f’Ħala+ u f’Ħabor+ ħdejn ix-xmara Gożan u fil-bliet tal-Medin,+ 12 għax ma semgħux+ minn leħen Ġeħova Alla tagħhom, imma baqgħu jiksru l-patt tiegħu,+ iva, kulma kien ikkmandahom+ Mosè,+ il-qaddej taʼ Ġeħova. La semgħuh u lanqas wettquh.
13 U fis-sena erbatax tas-Sultan Ħeżekija, Sennakerib+ is-sultan taʼ l-Assirja+ telaʼ kontra l-bliet fortifikati kollha taʼ Ġuda u ħadhom f’idejh. 14 Għalhekk, Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda bagħat jgħid lis-sultan taʼ l-Assirja f’Lakis: “Jien dnibt. Tiġġilidx iktar kontrija. Se nagħmel kulma timponi fuqi.”+ Għaldaqstant, is-sultan taʼ l-Assirja ordna li Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda jagħtih tliet mitt talent fidda+ u tletin talent deheb. 15 Għalhekk, Ħeżekija tah il-fidda kollha li kienet fid-dar taʼ Ġeħova+ u fit-teżori taʼ dar is-sultan.+ 16 U Ħeżekija qalaʼ l-bibien tat-tempju taʼ Ġeħova+ u l-koxox tal-bibien li Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda kien kesa+ u ta d-deheb tagħhom lis-sultan taʼ l-Assirja.
17 U s-sultan taʼ l-Assirja+ bagħat lit-Tartan*+ u lir-Rabsaris* u lir-Rabsake*+ minn Lakis+ lejn Ġerusalemm għand is-Sultan Ħeżekija b’qawwa militari kbira, sabiex jitilgħu u jmorru Ġerusalemm. U dawn telgħu u waslu u waqfu ħdejn il-kanal+ taʼ l-għadira taʼ fuq,+ ħdejn it-triq ewlenija li tagħti għall-għalqa tal-ħassiel.+ 18 U bdew isejħu lis-sultan, imma minflok ħarġu jiltaqgħu magħhom Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-dar, u Sebnah+ is-segretarju u Ġowaħ bin Asaf ir-reġistratur.
19 Għaldaqstant, ir-Rabsake+ qalilhom: “Jekk jogħġobkom, għidu lil Ħeżekija, ‘Hekk qal is-sultan il-kbir,+ is-sultan taʼ l-Assirja: “X’inhi din il-fiduċja li fdajt fiha?+ 20 Int għedt (imma bil-kliem biss), ‘Għandi l-istrateġija+ u s-setgħa għall-gwerra.’ Issa f’min fdajt, biex irribellajt+ kontrija? 21 Ara, int fdajt fl-appoġġ taʼ din il-qasba mkissra,+ l-Eġittu,+ li jekk raġel iserraħ fuqha tidħol fil-pala taʼ idu u tinfidhielu. Hekk hu l-Fargħun,+ is-sultan taʼ l-Eġittu, għal kulmin jafda fih. 22 U jekk tgħiduli, ‘F’Ġeħova+ Alla tagħna fdajna,’+ mhux tiegħu kienu l-postijiet għall-qima+ u l-artali li neħħa Ħeżekija,+ filwaqt li jgħid lil Ġuda u Ġerusalemm, ‘Milu quddiem dan l-artal f’Ġerusalemm’?”’+ 23 Mela issa, agħmel imħatra,+ jekk jogħġbok, maʼ sidi s-sultan taʼ l-Assirja: nagħtik elfejn żiemel u naraw jekk, min-naħa tiegħek, intix kapaċi tqiegħed rikkieba fuqhom.+ 24 Allura kif tistaʼ tkeċċi gvernatur li huwa fost wieħed mill-iċken qaddejja taʼ sidi,+ meta int trid tafda fl-Eġittu għall-karrijiet+ u r-rikkieba taż-żwiemel?+ 25 U issa taħseb li jien tlajt kontra dan il-post biex nagħmlu ħerba mingħajr l-awtorizzazzjoni taʼ Ġeħova? Ġeħova nnifsu qalli,+ ‘Itlaʼ kontra dan il-pajjiż, u agħmlu ħerba.’”
26 Għal dan, Eljakim+ bin Ħilkija u Sebnah+ u Ġowaħ+ qalu lir-Rabsake:+ “Jekk jogħġbok, tkellem mal-qaddejja tiegħek bil-lingwa Sirjana,+ għax aħna nifhmuk; u tkellimniex bil-lingwa tal-Lhud+ ħalli ma jisimgħux in-nies taʼ fuq is-sur.” 27 Imma r-Rabsake qalilhom: “Jaqaw sidi bagħatni ngħid dan il-kliem lil sidkom u lilkom? Mhux lill-irġiel bil-qiegħda fuq is-sur, sabiex jieklu ħmieġhom stess+ u jixorbu l-awrina tagħhom stess magħkom?”+
28 U r-Rabsake baqaʼ wieqaf hemmhekk, jgħajjat b’leħen għoli bil-lingwa tal-Lhud;+ u kompla jitkellem u jgħid: “Isimgħu l-kelma tas-sultan il-kbir,+ is-sultan taʼ l-Assirja. 29 Hekk qal is-sultan, ‘Tħallux lil Ħeżekija jqarraq bikom, għax hu ma jistax jeħliskom minn taħt idejja.+ 30 U tħallux lil Ħeżekija jġegħelkom tafdaw f’Ġeħova,+ billi jgħidilkom: “Żgur li Ġeħova se jeħlisna,+ u din il-belt ma tingħatax f’idejn is-sultan taʼ l-Assirja.”+ 31 Tisimgħux minn Ħeżekija; għax hekk qal is-sultan taʼ l-Assirja: “Agħmlu ftehim miegħi, u oħorġu u ejjew għandi, u ħa jiekol kull wieħed minnkom mid-dielja tiegħu u kull wieħed mit-tina tiegħu+ u ħa jixrob kull wieħed l-ilma tal-ġiebja tiegħu,+ 32 sakemm niġi u niħodkom f’art bħall-art tagħkom,+ art tal-qmuħ u taʼ l-inbid ġdid, art tal-ħobż+ u taʼ l-għelieqi tad-dwieli,+ art tas-siġar taż-żebbuġ u taʼ l-għasel;+ u tibqgħu tgħixu u ma tmutux. U tisimgħux minn Ħeżekija għax hu qed jipprova jħajjarkom billi jgħidilkom, ‘Ġeħova nnifsu se jeħlisna.’+ 33 Jaqaw kien hemm xi wieħed mill-allat tal-ġnus li b’xi mod ħeles+ lil artu minn taħt idejn is-sultan taʼ l-Assirja?+ 34 Fejn huma l-allat taʼ Ħamat+ u Arfad?+ Fejn huma l-allat taʼ Sefarwajim,+ Ħena,+ u Iwwa?+ Ħelsuha lis-Samarija minn taħt idejja?+ 35 Min fost l-allat kollha taʼ l-artijiet ħeles lil artu minn taħt idejja,+ biex Ġeħova jeħles lil Ġerusalemm minn taħt idejja?”’”+
36 U n-nies baqgħu siktin+ u ma wiġbuhx+ kelma, għax il-kmand tas-sultan kien jgħid: “Twiġbuhx.”+ 37 Imma Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-dar, u Sebnah+ is-segretarju u Ġowaħ+ bin Asaf ir-reġistratur marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrtin+ u qalulu bil-kliem tar-Rabsake.