LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġenesi 6:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 U Ġeħova ra li l-​ħażen tal-​bniedem kien kotran fuq l-​art u kull inklinazzjoni+ tal-​ħsibijiet taʼ qalbu kienet biss ħażina l-​ħin kollu.+

  • Ġenesi 8:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 U Ġeħova beda jxomm riħa pjaċevoli,*+ u għalhekk Ġeħova qal f’qalbu:+ “Qatt iktar ma nerġaʼ nisħet l-​art+ minħabba l-​bniedem, għax l-​inklinazzjoni+ taʼ qalb il-​bniedem hi ħażina sa minn żgħożitu;+ u qatt iktar ma nerġaʼ nolqot lil kull ħaġa ħajja bħalma għamilt.+

  • Proverbji 28:26
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 Min jafda lil qalbu stess hu stupidu,+ imma dak li jimxi bl-​għerf jeħlisha.+

  • Isaija 44:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 Hu qed jiekol l-​irmied.+ Qalbu l-​imqarrqa żvijatu.+ U ma jeħlisx ruħu, u lanqas jgħid: “F’idi l-​leminija mhux gidba għandi?”+

  • Isaija 59:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 Il-liġi nkisret u Ġeħova ġie miċħud;+ u rsaqna lura minn Alla tagħna, tkellimna dwar moħqrija u rvell,+ nissilna kliem taʼ gideb f’qalbna u gedwidnieh.+

  • Ġakbu 1:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Imma kull bniedem jiġi provat billi jkun miġbud u mħajjar mix-​xewqa tiegħu stess.+

  • Ġakbu 1:26
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 Jekk xi bniedem jaħseb li jqim lil Alla tajjeb+ u madankollu ma jrażżanx ilsienu,+ imma jkompli jqarraq b’qalbu stess,+ il-​qima taʼ dan il-​bniedem hi fiergħa.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja