LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 18:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 “‘U tħalli lil ħadd+ minn uliedek jiġi offrut lil Molek.+ Tkasbarx+ isem Alla tiegħek b’dan il-​mod. Jien Ġeħova.+

  • 2 Slaten 16:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 U mexa fit-​triq tas-​slaten taʼ Israel,+ u saħansitra għadda lil ibnu min-​nar,+ skond l-​affarijiet mistkerrhin+ tal-​ġnus li Ġeħova keċċa minħabba wlied Israel.

  • 2 Slaten 17:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 u komplew jgħaddu lil uliedhom subien u bniet min-​nar+ u jipprattikaw it-​teħbir+ u jfittxu sinjali li bihom jaqraw il-​futur,+ u baqgħu jbigħu+ lilhom infushom għal dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova biex joffenduh.+

  • 2 Slaten 21:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U għadda lil ibnu stess min-​nar,+ u pprattika l-​maġija+ u fittex sinjali li bihom jaqra l-​futur u ħatar medji taʼ l-​ispirti+ u nies li xogħolhom kien li jbassru+ l-​ġrajjiet. Għamel kemm felaħ dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biex joffendih.

  • 2 Kronaki 28:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 U hu offra d-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom+ u ħaraq lil uliedu+ fin-​nar, skond l-​affarijiet mistkerrhin+ tal-​ġnus li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel.+

  • 2 Kronaki 33:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U għadda lil uliedu stess min-​nar+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom,+ u pprattika l-​maġija+ u t-​teħbir+ u s-​seħer+ u ħatar medji taʼ l-​ispirti+ u nies li xogħolhom kien li jbassru+ l-​ġrajjiet. Għamel kemm felaħ dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biex joffendih.+

  • Ġeremija 7:31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 U bnew il-​postijiet għall-​qima* f’Tofet,+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom,+ sabiex jaħarqu fin-​nar lil uliedhom subien u bniet,+ ħaġa li jien ma kkmandajthomx jagħmlu u li lanqas biss għaddietli minn moħħi.’*+

  • Ġeremija 19:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 U bnew il-​postijiet għall-​qima* lill-​Bagħal sabiex jaħarqu lil uliedhom fin-​nar bħala offerti sħaħ tal-​ħruq lill-​Bagħal,+ xi ħaġa li ma kkmandajthomx jagħmlu jew għedtilhom biha,+ u li lanqas biss għaddietli minn moħħi.”’*+

  • Ġeremija 32:35
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 35 Iktar minn hekk, huma bnew postijiet għall-​qima* lil Bagħal+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom,+ sabiex jgħaddu lil uliedhom subien u bniet min-​nar+ għal Molek,+ ħaġa li jien ma kkmandajthomx,+ u lanqas biss għaddieli minn moħħi li jagħmlu ħaġa mistkerrha bħal din,+ u b’hekk iġiegħlu lil Ġuda jidneb.’+

  • Eżekjel 16:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 “‘U kont tieħu lil uliedek subien u bniet li wlidtli,+ u kont tissagrifikahom lill-​idoli biex jinbelgħu+—mhux biżżejjed l-​atti taʼ prostituzzjoni li għamilt?

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja