15 U n-nies taʼ Ġowab ġew u assedjawh f’Abel taʼ Bet-magħka u waqqfu rampa biex jassedjaw il-belt,+ għax din kienet imdawra bir-rampa tagħha. U n-nies kollha li kienu maʼ Ġowab kienu qed idgħajfu s-sur minn taħt, biex iġarrfuh.
6 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Aqtgħu l-injam+ u tellgħu rampa għall-assedju kontra Ġerusalemm.+ Din hi l-belt li jrid jintalab kont minnha.+ M’hemm xejn għajr moħqrija f’nofsha.+
24 Ara! Din il-belt ġew għaliha u bnew rampi biex jassedjawha+ u jirbħuha,+ u l-belt se tingħata f’idejn il-Kaldin li qed jiġġieldu kontriha,+ minħabba s-sejf+ u l-ġuħ+ u l-pesta;+ u dak li għedt seħħ, u hawn hu qed tarah.+
8 U lill-abitanti tal-bliet rurali li jiddependu minnek joqtolhom bis-sejf. U jibnilek ħajt taʼ l-assedju+ u jwaqqaf miegħek rampa għall-assedju u jgħolli kontrik tarka kbira;