20 iva, nagħtihom f’idejn l-għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom;+ u l-iġsma mejtin tagħhom isiru ikel għall-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet u għall-bhejjem taʼ l-art.+
4 U nitilqek fuq l-art. U nwaddbek fuq wiċċ ir-rabaʼ.+ U nġiegħel il-ħlejjaq kollha li jtiru fis-smewwiet jgħixu minn fuqek, u bik inxebbaʼ l-bhejjem salvaġġi taʼ l-art kollha.+
4 Fuq il-muntanji taʼ Israel taqaʼ,+ int u l-qtajjaʼ kollha tiegħek u l-popli li se jkunu miegħek. Se nagħtik bħala ikel lill-għasafar tal-priża, l-għasafar b’kull xorta taʼ ġwienaħ, u l-bhejjem salvaġġi tar-rabaʼ.”’+
18 biex tieklu l-laħam+ tas-slaten u l-laħam tal-kmandanti militari u l-laħam tan-nies b’saħħithom+ u l-laħam taż-żwiemel+ u tar-rikkieba tagħhom, u l-laħam taʼ kulħadd, tal-ħielsa u taʼ l-ilsiera, taż-żgħar u tal-kbar.”