39 U dawk li jibqaʼ minnkom jitmermru+ għalkollox minħabba l-iżball tagħhom fl-artijiet taʼ l-għedewwa tagħkom. Iva, saħansitra minħabba l-iżbalji taʼ missirijiethom,+ bħalhom jitmermru għalkollox.
6 U għedtlu:+ “O Alla tiegħi, kemm qed nistħi+ u nħossni imbarazzat+ biex ngħolli wiċċi lejk, O Alla tiegħi, għax l-iżbalji+ tagħna kotru sa fuq rasna u l-ħtija tagħna kibret u għoliet saħansitra sas-smewwiet.+
26 “Madankollu, saru diżubbidjenti+ u rribellaw kontrik+ u baqgħu jitfgħu l-liġi tiegħek wara daharhom,+ u lill-profeti tiegħek stess qatluhom,+ dawk li xehdu kontrihom biex ireġġgħuhom lura lejk;+ u huma baqgħu jwettqu atti taʼ nuqqas kbir taʼ rispett.+
18 “Jien bla dubju smajt lil Efrajm jitħassar lilu nnifsu+ u jgħid, ‘Int ikkoreġejtni sabiex nikkoreġi ruħi,+ bħal għoġol li ma ġiex imħarreġ.+ Reġġagħni lura lejk, u jien indur lura mill-ewwel,+ għax int Ġeħova Alla tiegħi.+