16 U Manasse xerred ukoll kwantità kbira wisq taʼ demm innoċenti,+ sakemm mela lil Ġerusalemm minn tarf sa tarf, minbarra d-dnub li bih ġiegħel lil Ġuda jidneb billi jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+
34 Barra minn hekk, fuq ħwejġek instabu l-marki tad-demm taʼ ruħ+ l-imsejknin innoċenti.+ Dan ma kienx għax huma daħlu jisirqu, imma l-marki taʼ demmhom sibthom fuq ħwejġek kollha.+
17 ‘Għajnejk u qalbek bla dubju huma mitfugħin biss fuq il-qligħ inġust tiegħek,+ u li xxerred id-demm taʼ l-innoċenti,+ u li tibqaʼ timbrolja u tisraq.’
9 Għalhekk, qalli: “L-iżball taʼ dar Israel u Ġuda+ hu kbir ħafna u ħafna,+ u l-pajjiż mimli bit-tixrid taʼ demm+ u l-belt mimlija tagħwiġ;+ għax qalu, ‘Ġeħova ħalla l-pajjiż,+ u Ġeħova mhux qed jara.’+