LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 26:44
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 44 U minkejja dan kollu, waqt li jkunu għadhom f’art l-​għedewwa tagħhom, jien żgur li ma niċħadhomx+ u lanqas nistmerrhom+ biex neqridhom għalkollox, u nikser il-​patt tiegħi magħhom;+ għax jien Ġeħova Alla tagħhom.

  • Dewteronomju 30:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Ġeħova Alla tiegħek iġib lura lill-​imjassrin tiegħek+ u jħenn għalik+ u jerġaʼ jiġbrok minn fost il-​popli kollha li Ġeħova Alla tiegħek ikun xerrdek fihom.+

  • 2 Slaten 24:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 Għalhekk, ħa lil Ġeħojakin+ fl-​eżilju lejn Babilonja;+ u lil omm is-​sultan+ u n-​nisa tas-​sultan u l-​uffiċjali tal-​palazz tiegħu+ u l-​irġiel importanti tal-​pajjiż ġarrhom bħala eżiljati minn Ġerusalemm għal Babilonja.

  • Salm 44:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Ċedejtna bħal nagħaġ, bħal ikel,+

      U fost il-​ġnus xerridtna.+

  • Ġeremija 24:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Bħal dan it-​tin tajjeb, hekk se nħares lejn l-​eżiljati taʼ Ġuda li nkun bgħatt minn dan il-​pajjiż lejn l-​art tal-​Kaldin,+ se nħares lejhom b’mod tajjeb.+

  • Ġeremija 30:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 “Għax jien miegħek,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “biex insalvak;+ imma se nġib qerda sħiħa fost il-​ġnus kollha fejn xerridtek.+ Iżda lilek m’iniex se neqirdek għalkollox.+ U nikkoreġik kemm ikun jistħoqqlok, għax żgur mhux se nħallik bla kastig.”+

  • Ġeremija 31:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, O ġnus, u xandruha fost il-​gżejjer fil-​bogħod,+ u għidu: “Dak li xerred lil Israel se jiġbru flimkien,+ u jżommu bħalma ragħaj iżomm il-​merħla tiegħu.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja