LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Numri 22:32
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 32 Imbagħad l-​anġlu taʼ Ġeħova qallu: “Għala sawwattha dawn it-​tliet darbiet lill-​ħmara tiegħek? Ara! Jien—jien ħriġt biex niqaflek, għaliex triqtek hi ferm kontra r-​rieda tiegħi.+

  • Dewteronomju 33:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 U qal:

      “Ġeħova—ġie mis-​Sinaj,+

      U leħħ fuqhom mis-​Segħir.+

      Idda mir-​reġjun muntanjuż tal-​Faran,+

      U miegħu kien hemm il-​mirjadi* mqaddsa,+

      Fuq il-​lemin tiegħu l-​gwerriera tagħhom.+

  • Salm 89:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  7 Alla għandu jiġi rispettat profondament mill-​ġemgħa intima tal-​qaddisin;+

      Hu grandjuż u jqanqal il-​biżaʼ fost dawk kollha taʼ madwaru.+

  • Danjel 4:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 “‘U waqt li kont fuq soddti komplejt nara fil-​viżjonijiet li ġewni f’rasi, u, ara, għassies,+ wieħed qaddis,+ nieżel mis-​smewwiet.

  • Danjel 8:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 U smajt lil ċertu wieħed qaddis+ jitkellem, u qaddis ieħor qal lil dak il-​wieħed li kien qed jitkellem: “Kemm se tkun twila l-​viżjoni tas-​sagrifiċċju offrut regolarment+ u tal-​ksur tal-​liġi li qed iġib ħerba,+ u kemm se jdumu jitgħaffġu taħt is-​saqajn kemm il-​post qaddis u kemm l-​armata?”+

  • Mattew 18:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Araw li ma tistmerrux lil xi wieħed minn dawn iċ-​ċkejknin; għax ngħidilkom li l-​anġli tagħhom+ fis-​sema dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-​sema.+

  • Atti 10:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Madwar id-​disaʼ siegħa* tal-​jum,+ kellu viżjoni+ li fiha ra b’mod ċar anġlu+ t’Alla dieħel għandu u jsejjaħlu: “Kornelju!”

  • Atti 12:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 Minnufih l-​anġlu taʼ Ġeħova ħabat għalih,+ għax ma tax il-​glorja lil Alla;+ u ttiekel mid-​dud u miet.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja