4 Imbagħad hu ħa d-deheb minn idejhom, u sawru+ b’għodda tat-tinqix, u għamel statwa t’għoġol mill-metall imdewweb.+ U huma bdew jgħidu: “Dan hu Alla tiegħek, O Israel, li tellgħek mill-art taʼ l-Eġittu.”+
4 Għalhekk, hu ta lura l-fidda lil ommu, u ommu ħadet mitejn biċċa tal-fidda u tathom lill-arġentier.+ U dan għamel xbieha skolpita+ u statwa minn metall imdewweb;+ u tqiegħdet f’dar Mikea.
6 Hemm dawk li qed joħorġu kemm jifilħu deheb mill-borża tal-flus, u jiżnu l-fidda bil-lasta tal-miżien. Iqabbdu lil xi ħadd li jaħdem il-metall, u hu jagħmel dan f’alla.+ Imbagħad jinxteħtu fl-art, iva, imilu.+
4 Huma għamlu slaten,+ imma mhux minni kien ġej dan. Għamlu prinċpijiet, imma ma kontx naf b’dan. Bil-fidda u d-deheb tagħhom għamlu idoli għalihom,+ għall-qerda tagħhom stess.+
2 U issa jerġgħu jidinbu u jagħmlu għalihom statwa mill-fidda mdewba tagħhom,+ idoli skond kif jifhmu huma,+ kollha xogħol in-nies tas-sengħa.+ Dwar l-idoli qed jgħidu, ‘Ħalli dawk il-bnedmin li jagħmlu s-sagrifiċċji jbusu l-għoġiela.’+