20 B’hekk, ġiet bejn l-Eġizzjani u l-Israelin.+ Minn naħa waħda kien hemm sħaba u dlam. Min-naħa l-oħra baqgħet iddawwal il-lejl.+ U l-Eġizzjani ma resqux qrib l-Israelin il-lejl kollu.
30 U dakinhar jgħajtu għaliha bħall-għajat tal-baħar.+ U wieħed jiċċassa lejn il-pajjiż, u hemmhekk jara dlam li jnikket;+ u anki d-dawl iddallam minħabba l-qtar li nieżel fuqu.
16 Agħtu glorja lil Ġeħova Alla tagħkom,+ qabel iġib id-dlam+ u qabel saqajkom jitfixklu fuq il-muntanji meta jkun riesaq il-lejl.+ U intom tittamaw għad-dawl,+ u hu jagħmlu swidija;+ se jibdlu fi dlam kbir.+