49 “Ġeħova jqajjem kontrik ġens mill-bogħod,+ minn tarf l-art, bħalma ajkla tinżel għal fuq il-priża tagħha,+ ġens li l-lingwa tiegħu ma tifhimhiex,+
29 Fi żmien Pekaħ is-sultan taʼ Israel, ġie Tiglat-pileser+ is-sultan taʼ l-Assirja+ u ħa lil Ijon+ u Abel-bet-magħka+ u Ġanogħa u Kedes+ u Ħasor+ u Gilegħad+ u l-Galilija,+ l-art kollha taʼ Naftali,+ u ġarrhom fl-eżilju lejn l-Assirja.+
6 Fid-disaʼ sena taʼ Ħosegħa, is-sultan taʼ l-Assirja rebaħ is-Samarija+ u ġarr lil Israel fl-eżilju+ lejn l-Assirja u żammhom jgħammru f’Ħala+ u f’Ħabor ħdejn ix-xmara Gożan+ u fil-bliet tal-Medin.+
20 “Dakinhar, permezz taʼ mus mikri mir-reġjun tax-Xmara,*+ iva, permezz tas-sultan taʼ l-Assirja,+ Ġeħova se jqaxxar ir-ras u s-suf tas-saqajn, u jneħħi wkoll id-daqna.+
4 għax qabel it-tifel ikun jaf isejjaħ,+ ‘Missieri!’ u ‘Ommi!’ ir-riżorsi taʼ Damasku u l-priża tas-Samarija se jitkaxkru quddiem is-sultan taʼ l-Assirja.”+
6 Saħansitra xi ħadd se jġib l-idolu lejn l-Assirja bħala għotja lil sultan kbir.+ Mistħija se jġib fuqu nnifsu Efrajm,+ u Israel se jistħi bil-pjanijiet tiegħu.+