LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • 2 Kronaki 20:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 U qamu kmieni fil-​għodu u ħarġu lejn ix-​xagħri+ taʼ Tekogħa.+ U huma u ħerġin, Ġeħosafat qam bil-​wieqfa u qal: “Isimgħuni, O Ġuda u intom l-​abitanti taʼ Ġerusalemm!+ Poġġu l-​fidi+ f’Ġeħova Alla tagħkom sabiex tgħixu għal żmien twil. Poġġu l-​fidi fil-​profeti tiegħu+ u tirnexxu.”

  • Mattew 17:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 Qalilhom: “Minħabba l-​fidi żgħira tagħkom. Għax tassew ngħidilkom, Jekk ikollkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-​mustarda, tgħidu lil din il-​muntanja, ‘Inqalaʼ minn hawn u mur hemm,’ u din tmur, u xejn ma jkun impossibbli għalikom.”+

  • Marku 11:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 Tassew ngħidilkom li kulmin jgħid lil din il-​muntanja, ‘Intrefaʼ u nxteħet fil-​baħar,’ u ma jiddubitax f’qalbu imma jkollu fidi li dak li jgħid se jseħħ, hekk iseħħlu.+

  • Luqa 17:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Imbagħad il-​Mulej qal: “Kieku kellkom fidi daqs żerriegħa tal-​mustarda, kontu tgħidu lil din is-​siġra tat-​tut, ‘Inqalaʼ mill-​għeruq u tħawwel fil-​baħar!’ u kienet tobdikom.+

  • Ġwanni 11:40
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 40 Qalilha Ġesù: “M’għedtlekx li jekk temmen tara l-​glorja t’Alla?”+

  • Atti 14:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 Hu kien qed jismaʼ lil Pawlu jitkellem, u dan, meta ħares fiss lejh u ra li kellu l-​fidi+ li jiġi mfejjaq,

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja