LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Isaija 7:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Għalhekk, Ġeħova se jagħtikom sinjal: Ara! It-​tfajla+ toħroġ tqila,+ u tiled iben,+ u hi ssemmih Emmanuwel.*

  • Isaija 9:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Għax twildilna tifel,+ ngħatalna iben;+ u l-​ħakma taʼ prinċep se tkun fuq spalltu.+ U ismu jissejjaħ Kunsillier taʼ l-​Għaġeb,+ Alla Setgħan,+ Missier Etern,+ Prinċep tal-​Paċi.+

  • Ġeremija 23:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 “Ara! Ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta lil David inqajjimlu rimja ġusta.+ U jkun hemm sultan li jsaltan+ u jaġixxi bil-​għaqal u jagħmel il-​ġustizzja u s-​sewwa fil-​pajjiż.+

  • Eżekjel 34:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 U nqajjem fuqhom ragħaj wieħed,+ u jitmagħhom, iva, il-​qaddej tiegħi David.+ Hu jitmagħhom, u hu jkun ir-​ragħaj tagħhom.+

  • Danjel 9:24
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 24 “Sebgħin ġimgħa ġew determinati għall-​poplu tiegħek+ u għall-​belt qaddisa+ tiegħek, sabiex jintemm il-​ksur tal-​liġi,+ biex jispiċċa d-​dnub,+ biex jitpatta l-​iżball,+ biex jinġieb is-​sewwa għal dejjem,+ biex jiġu timbrati b’siġill+ il-​viżjoni u l-​profeta, u biex jiġi konsagrat* il-​Qaddis tal-​Qaddisin.*+

  • Mikea 5:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 “U int, O Betlehem t’Efrata,+ li int ċkejkna wisq biex tkun fost l-​eluf taʼ Ġuda,+ minnek+ għad joħroġli dak li għandu jsir ħakkiem f’Israel,+ li l-​oriġini tiegħu hi mill-​qedem, mill-​jiem taʼ żmien twil ilu.*+

  • Malakija 3:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 “Ara! Qed nibgħat lill-​messaġġier tiegħi,+ u jrid iħejji triq quddiemi.+ U f’daqqa waħda jiġi fit-​tempju Tiegħu+ l-​Mulej il-​veru,*+ li lilu qegħdin tfittxu, u jiġi l-​messaġġier+ tal-​patt+ li bih titgħaxxqu.+ Ara! Jiġi żgur,” qal Ġeħova taʼ l-​armati.+

  • Ġwanni 1:45
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 45 Filippu sab lil Natanjel+ u qallu: “Sibna lil dak li Mosè, fil-​Liġi,+ u l-​Profeti+ kitbu dwaru—Ġesù, bin Ġużeppi,+ minn Nazaret.”

  • Atti 10:43
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 43 Dwaru jixhdu l-​profeti kollha,+ li kulmin ipoġġi l-​fidi fih jaqlaʼ l-​maħfra taʼ dnubietu permezz taʼ ismu.”+

  • Atti 26:22
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 Madankollu, bl-​għajnuna+ li ksibt mingħand Alla, jien għadni sa llum nixhed kemm liż-​żgħar u kemm lill-​kbar, u ma ngħid xejn ħlief dak li l-​Profeti+ kif ukoll Mosè+ qalu li se jseħħ,

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja