Ġożwè
3 Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-għodu, u hu u wlied Israel kollha telqu minn Sittim+ u waslu l-Ġordan; u qattgħu l-lejl hemmhekk qabel ma qasmu.
2 U ġara wara t-tlett ijiem+ li l-uffiċjali+ għaddew mill-kamp 3 u kkmandaw lin-nies: “Malli taraw l-arka tal-patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom, u l-qassisin, il-Leviti, iġorruha,+ imbagħad intom itilqu minn postkom, u imxu warajha, 4 —biss ħa jkun hemm distanza bejnkom u bejnha taʼ madwar elfejn kubitu;+ tersqux qribha—sabiex tkunu tafu t-triq li għandkom tgħaddu minnha, għax intom qatt m’għaddejtu minn dik it-triq qabel.”
5 Ġożwè mbagħad qal lill-poplu: “Tqaddsu,+ għax għada Ġeħova se jagħmel affarijiet taʼ l-għaġeb f’nofskom.”+
6 Imbagħad Ġożwè qal lill-qassisin: “Aqbdu l-arka tal-patt+ u għaddu quddiem il-poplu.” Għalhekk, huma qabdu l-arka tal-patt u marru quddiem il-poplu.
7 U Ġeħova qal lil Ġożwè: “Illum jien se nibda nagħmlek kbir f’għajnejn Israel kollu,+ biex ikunu jafu li bħalma wrejt li kont maʼ Mosè+ se nuri li jien miegħek.+ 8 U int—int għandek tikkmanda+ lill-qassisin li qed iġorru l-arka tal-patt, billi tgħidilhom, ‘Malli tidħlu fl-ilmijiet tal-Ġordan, għandkom tibqgħu weqfin+ max-xatt tal-Ġordan.’”
9 U Ġożwè qal lil ulied Israel: “Ersqu ’l hawn u isimgħu kliem Ġeħova Alla tagħkom.” 10 Wara dan, Ġożwè qal: “B’dan se tkunu tafu li f’nofskom+ hemm Alla ħaj, u li bla dubju se jkeċċi minn quddiemkom lill-Kangħanin u lill-Ħittin u lill-Ħiwwin u lill-Pereżin u lill-Girgasin u lill-Amurrin u lill-Ġebusin.+ 11 Ara! L-arka tal-patt tal-Mulej taʼ l-art kollha se tgħaddi quddiemkom fil-Ġordan. 12 U issa ħudu tnax-il raġel mit-tribujiet taʼ Israel, raġel wieħed għal kull tribù.+ 13 U malli qiegħ saqajn il-qassisin li qed iġorru l-arka taʼ Ġeħova, il-Mulej taʼ l-art kollha, jistrieħ fl-ilmijiet tal-Ġordan, l-ilmijiet tal-Ġordan, l-ilmijiet neżlin minn fuq, jinqatgħu u jieqfu bħal ħajt wieħed taʼ lqugħ.”+
14 U meta n-nies telqu mit-tined tagħhom ftit qabel ma kienu se jgħaddu mill-Ġordan, bil-qassisin iġorru l-arka+ tal-patt quddiem il-poplu, 15 u malli dawk li kienu qed iġorru l-Arka waslu ħdejn il-Ġordan u l-qassisin li kienu qed iġorru l-Arka niżżlu saqajhom f’tarf l-ilmijiet (issa l-Ġordan tfur fix-xtut kollha tagħha+ l-jiem kollha tal-ħsad), 16 imbagħad l-ilmijiet li kienu neżlin minn fuq waqfu. U qamu bħal ħajt wieħed taʼ lqugħ+ ’il bogħod ferm f’Adam, il-belt ħdejn Saretan,+ waqt li dawk li kienu neżlin lejn il-baħar taʼ l-Għaraba, il-Baħar il-Mielaħ,+ sfaw fix-xejn. Ġew maqtugħin, u n-nies qasmu quddiem Ġeriko. 17 Sadanittant, il-qassisin li kienu qed iġorru l-arka tal-patt taʼ Ġeħova baqgħu weqfin bla ma jitħarrku fuq art niexfa+ f’nofs il-Ġordan waqt li Israel kollu kien għaddej fuq art niexfa,+ sakemm il-ġens kollu kien qasam għan-naħa l-oħra tal-Ġordan.