2 Samwel
11 U ġara li, fil-bidu tas-sena,+ fiż-żmien li s-slaten joħorġu għall-gwerra,+ David bagħat lil Ġowab u lill-qaddejja tiegħu miegħu u lil Israel kollu, biex ikunu jistgħu jeqirdu+ lil ulied Għammon u jassedjaw lil Rabba,+ waqt li David kien qed jgħammar f’Ġerusalemm.
2 U ġara li fil-għaxija David qam minn soddtu u qagħad jippassiġġa fuq il-bejt+ tad-dar tas-sultan; u minn fuq il-bejt lemaħ+ mara tinħasel, u l-mara kienet sabiħa ħafna fl-għajn.+ 3 Imbagħad David bagħat jistaqsi dwar il-mara+ u xi ħadd qallu: “M’hijiex din Bat-seba,+ bint Eligħam,*+ mart Urija+ l-Ħitti?”+ 4 Imbagħad David bagħat messaġġiera biex jiħodha.+ Għalhekk, hi daħlet għandu+ u hu mtedd magħha,+ fiż-żmien li hi kienet qed tindaf min-nuqqas taʼ ndafa tagħha.+ Iktar tard reġgħet lura lejn darha.
5 U l-mara ħarġet tqila. Għaldaqstant bagħtet tgħid lil David u qaltlu: “Ħriġt tqila.” 6 Imbagħad David bagħat jgħid lil Ġowab: “Ibgħatli lil Urija l-Ħitti.” Għalhekk, Ġowab bagħat lil Urija għand David. 7 Meta Urija ġie għandu, David beda jistaqsih kif kien sejjer Ġowab u kif kienu sejrin in-nies u kif kienet sejra l-gwerra. 8 Fl-aħħar, David qal lil Urija: “Inżel lejn darek u aħsel saqajk.”+ Għaldaqstant, Urija ħareġ mid-dar tas-sultan, u l-għotja tas-sultan ħarġet warajh. 9 Madankollu, Urija mtedd fid-daħla tad-dar tas-sultan mal-qaddejja l-oħrajn kollha taʼ sidu, u ma niżilx lejn daru. 10 Għalhekk, marru jgħidu lil David, u qalulu: “Urija ma niżilx lejn daru.” Imbagħad David qal lil Urija: “Int ġejt minn vjaġġ, hux hekk? Għala ma nżiltx lejn darek?” 11 Urija wieġeb lil David: “L-Arka+ u Israel u Ġuda qed jgħammru fl-għerejjex, u sidi Ġowab u l-qaddejja taʼ sidi+ qed jikkampjaw fuq wiċċ ir-rabaʼ, u jien—se nidħol jien f’dari biex niekol u nixrob u nimtedd maʼ marti?+ Daqskemm int ħaj int u daqskemm ruħek hi ħajja,+ din il-ħaġa ma nagħmilhiex!”
12 Imbagħad David qal lil Urija: “Oqgħod hawnhekk illum ukoll, u għada nibagħtek.” Għalhekk, Urija baqaʼ jgħammar f’Ġerusalemm dakinhar u l-għada. 13 U David sejjaħlu biex jiekol u jixrob quddiemu. Imbagħad ġiegħlu jisker.+ Minkejja dan, hu ħareġ fil-għaxija biex jimtedd fuq soddtu mal-qaddejja taʼ sidu, u lejn daru ma niżilx. 14 U ġara li fil-għodu David kiteb ittra+ lil Ġowab u bagħatha b’id Urija. 15 Għalhekk, fl-ittra kiteb u qal:+ “Poġġu lil Urija fuq quddiem fl-eħrex attakki tal-battalja,+ u intom irtiraw minn warajh ħalli jindarab u jmut.”+
16 U ġara li, waqt li Ġowab kien qed jgħasses il-belt, hu ħalla lil Urija fil-post fejn kien jaf li kien hemm l-irġiel qalbenin.+ 17 Meta l-irġiel tal-belt ħarġu u marru jiġġieldu kontra Ġowab, imbagħad xi wħud min-nies, il-qaddejja taʼ David, waqgħu, u Urija l-Ħitti miet ukoll.+ 18 Ġowab issa bagħat jgħarraf lil David b’kulma ġara fil-gwerra. 19 U ssokta jordna lill-messaġġier u jgħidlu: “Malli ttemm tgħid lis-sultan b’kulma ġara fil-gwerra, 20 irid iseħħ li jekk tixgħel ir-rabja tas-sultan u jgħidlek, ‘Għala kellkom tmorru daqshekk qrib il-belt biex tiġġieldu? Ma kontux tafu li huma kienu se jisparaw minn fuq is-sur? 21 Min kien li qatel lil Abimelek,+ bin Ġerubbeset?*+ Mhux mara kienet li xeħtet ġebla taʼ fuq taʼ mitħna fuqu+ minn fuq is-sur, u b’hekk hu miet f’Tebes?+ Għala kellkom tmorru daqshekk qrib is-sur?’ għidlu wkoll, ‘Il-qaddej tiegħek Urija l-Ħitti miet ukoll.’”+
22 Għalhekk, il-messaġġier telaq u mar u qal lil David b’kulma kien bagħat jgħidlu Ġowab. 23 U l-messaġġier issokta jgħid lil David: “L-irġiel kienu superjuri għalina, u b’hekk ħarġu kontrina fir-rabaʼ; imma aħna bqajna rrossuhom dritt sad-daħla tal-bieb. 24 U dawk li jisparaw il-qaws baqgħu jisparaw fuq il-qaddejja tiegħek minn fuq is-sur,+ u b’hekk xi wħud mill-qaddejja tas-sultan mietu; u l-qaddej tiegħek Urija l-Ħitti miet ukoll.”+ 25 Għal dan, David qal lill-messaġġier: “Hekk għidlu lil Ġowab, ‘Tħallix din il-kwistjoni tinkwetak, għax is-sejf jiblaʼ+ sew wieħed u sew l-ieħor. Ħarrax il-battalja tiegħek kontra l-belt u ġarrafha.’+ U qawwilu qalbu.”
26 U mart Urija semgħet li żewġha Urija kien miet, u bdiet tibki+ lil sidha.+ 27 Meta għadda l-perijodu tal-vistu,+ David minnufih bagħat u ħadha għandu d-dar, u hi saret martu.+ Maż-żmien wilditlu iben, imma dak li kien għamel David deher ħażin+ f’għajnejn+ Ġeħova.