Salmi Għanja għat-Tlajjaʼ. 121 Jien se ngħolli għajnejja lejn il-muntanji.+Minfejn ġejja l-għajnuna tiegħi?+ 2 L-għajnuna tiegħi ġejja mingħand Ġeħova,+Dak li għamel is-sema u l-art.+ 3 Ma jistax ikun li jħalli sieqek togħtor.+Dak li qed iħarsek ma jistax ikun li jaqbdu n-ngħas.+ 4 Ara! Ma jaqbdux in-ngħas u lanqas jorqod,+Dak li qed iħares lil Israel.+ 5 Ġeħova qed iħarsek.+Ġeħova hu d-dell tiegħek+ fuq lemintek.+ 6 Bi nhar ix-xemx ma tolqtokx,+Lanqas il-qamar bil-lejl.+ 7 Ġeħova se jħarsek minn kull gwaj.+Hu jħarislek ruħek.+ 8 Ġeħova jħarsek meta toħroġ u meta tidħol+Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+