Ħosea
11 “Ħabbejt lil Israel meta kien tifel,+ u mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.+
2 “Kien hemm dawk li sejħulhom.+ Iżjed ma sejħulhom, iżjed tbiegħdu minnhom.+ Lix-xbihat taʼ Bagħal offrew is-sagrifiċċji,+ u lix-xbihat minquxin offrewlhom id-duħħan tas-sagrifiċċji.+ 3 Imma kont jien li għallimt lil Efrajm jimxi,+ li rfajtu f’dirgħajja;+ u huma ma rrikonoxxewx li kont fejjaqthom.+ 4 Bil-ħbula tal-qalb tajba umana bqajt niġbidhom, bl-irbit taʼ l-imħabba,+ u b’hekk sirt għalihom bħal wieħed li jneħħi l-madmad mix-xedaq tagħhom,+ u b’ġentilezza tajt l-ikel lil kull wieħed.+ 5 Hu mhux se jmur lura lejn l-art taʼ l-Eġittu, imma l-Assirja se ssaltan fuqu,+ għax huma rrifjutaw li jiġu lura għandi.+ 6 U sejf se jixxejjer ’l hemm u ’l hawn fi blietu+ u jeqred l-istaneg tiegħu u jiblagħhom+ minħabba l-pjanijiet tagħhom.+ 7 U n-nies tiegħi għandhom it-tendenza li ma jurunix fedeltà.+ Hemm min isejħilhom biex jerġgħu lura lejn l-ogħla wieħed; imma lanqas ħadd ma jqum.
8 “Kif nistaʼ nitilqek, O Efrajm?+ Kif nistaʼ nagħtik f’idejn ħaddieħor, O Israel?+ Kif nistaʼ nagħmlek bħal Adma?+ Kif nistaʼ nagħmillek bħalma għamilt lil Sebojim?+ Qalbi nbidlet ġewwa fija;+ fl-istess ħin il-mogħdrijiet tiegħi tqanqlu. 9 M’iniex se nesprimi r-rabja taħraq tiegħi.+ M’iniex se nerġaʼ neqred+ lil Efrajm, għax jien Alla+ u mhux bniedem, il-Qaddis f’nofsok;+ u m’iniex se niġi kontrik b’qilla. 10 Wara Ġeħova se jimxu.+ Bħal iljun se jgħajjat;+ għax hu nnifsu se jgħajjat,+ u l-ulied se jiġu jitriegħdu mill-punent.+ 11 Bħal għasfur se joħorġu jitriegħdu mill-Eġittu,+ u bħal ħamiema mill-art taʼ l-Assirja;+ u se nġegħelhom jgħammru fi djarhom,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.+
12 “Efrajm dawwarni bil-gideb minn kullimkien,+ u d-dar taʼ Israel bil-qerq. Imma Ġuda għadu jimxi m’Alla,+ u juri fedeltà lejn l-Iktar Wieħed Qaddis.”