Għanja tat-Tlajjaʼ. Taʼ David.
133 Ara! Kemm hu tajjeb u sabiħ
Li l-aħwa jgħammru flimkien f’unità!+
2 Hu bħaż-żejt tajjeb fuq ir-ras,+
Li qed iċarċar mad-daqna,
Id-daqna t’Aron,+
Li qed iċarċar fuq l-għonq taʼ lbiesu.+
3 Hu bħan-nida+ tal-Ħermon+
Li nieżla fuq il-muntanji taʼ Sijon.+
Għax Ġeħova kkmanda li hemmhekk tkun il-barka,+
Iva, il-ħajja għal dejjem.+