1 Samwel
13 Sawl kellu [?]* sena meta beda jsaltan,+ u għal sentejn sħaħ saltan fuq Israel. 2 U Sawl għażel għalih tlett elef raġel minn Israel; u elfejn kienu maʼ Sawl f’Mikmax+ u fir-reġjun muntanjuż taʼ Betel, u elf kienu maʼ Ġonatan+ f’Gibegħa+ taʼ Benjamin, u l-bqija tan-nies bagħathom, kull wieħed lejn it-tinda tiegħu. 3 Imbagħad Ġonatan ħabat għall-għassa tas-suldati+ tal-Filistin+ li kienet f’Geba;+ u l-Filistin semgħu b’dan. Inkwantu għal Sawl, hu daqq il-qarn+ maʼ l-art kollha u qal: “Ħa jisimgħu l-Ebrej!” 4 U Israel kollu semaʼ jingħad: “Sawl ħabat għal waħda mill-għases tas-suldati tal-Filistin, u issa Israel sar mibgħud+ qalb il-Filistin.” Għalhekk, in-nies inġabru flimkien biex isegwu lil Sawl lejn Gilgal.+
5 U l-Filistin, min-naħa tagħhom, inġemgħu flimkien biex jiġġieldu kontra Israel, bi tletin elf karru tal-gwerra+ u sitt elef rikkieb taż-żwiemel u nies bħar-ramel li hemm f’xatt il-baħar daqskemm kienu kotrana;+ u marru ’l fuq fi triqithom u kkampjaw f’Mikmax, lejn il-lvant taʼ Bet-awen.+ 6 U l-irġiel taʼ Israel raw li kienu f’sitwazzjoni mwiegħra,+ għaliex in-nies kienu mrassin mill-għadu; u n-nies marru jistaħbew fl-għerien,+ fil-ħofor, fl-irdumijiet, fil-kantini, u fil-bjar. 7 Xi Ebrej qasmu saħansitra l-Ġordan+ lejn l-art taʼ Gad+ u Gilegħad. Imma Sawl kien għadu Gilgal, u n-nies kollha kienu qed isegwuh jirtogħdu bil-biżaʼ.+ 8 U baqaʼ jistenna sebat ijiem saż-żmien stabbilit li kien semmielu Samwel;+ u Samwel ma ġiex Gilgal, u n-nies xterdu minn miegħu. 9 Fl-aħħar, Sawl qal: “Ġibuli ħdejja s-sagrifiċċju tal-ħruq u s-sagrifiċċji taʼ sħubija.” Imbagħad offra s-sagrifiċċju tal-ħruq.+
10 U ġara li, malli temm joffri s-sagrifiċċju tal-ħruq, daħal Samwel. Għalhekk, Sawl ħareġ jilqgħu u jbierku.+ 11 Imbagħad Samwel qallu: “X’għamilt?”+ U Sawl wieġeb: “Rajt li n-nies kienu xterdu minn miegħi,+ u int—int ma ġejtx fil-jiem stabbiliti,+ u l-Filistin kienu qed jinġemgħu flimkien f’Mikmax,+ 12 u għalhekk għedt bejni u bejn ruħi,+ ‘Issa l-Filistin jinżlu kontrija f’Gilgal, u jien ma taffejtx il-korla* taʼ Ġeħova.’ Għalhekk, ħassejtni obbligat+ u offrejt is-sagrifiċċju tal-ħruq.”
13 U Samwel qal lil Sawl: “Tbellaht.+ Ma ħaristx il-kmandament+ li kkmandak Ġeħova Alla tiegħek,+ għaliex, kieku ħaristu, kieku Ġeħova kien jissoda saltnatek fuq Israel għal żmien indefinit. 14 U issa saltnatek ma tibqax.+ Ġeħova żgur li jsib għalih raġel għal qalbu;+ u Ġeħova jinkarigah bħala mexxej+ fuq il-poplu tiegħu, għaliex int ma ħaristx dak li kkmandak Ġeħova.”+
15 Imbagħad Samwel qam u mar ’il fuq fi triqtu minn Gilgal lejn Gibegħa taʼ Benjamin, u Sawl għadd in-nies, dawk li kien għad baqaʼ miegħu, madwar sitt mitt raġel.+ 16 U Sawl u ibnu Ġonatan u n-nies li kien għad baqaʼ magħhom kienu qed jgħammru f’Geba+ taʼ Benjamin. U l-Filistin kienu kkampjaw f’Mikmax.+ 17 U mill-kamp tal-Filistin kienet toħroġ forza armata maqsuma fi tliet gruppi biex tisraq u tħarbat.+ Grupp wieħed kien idur lejn it-triq li tagħti għal Għofra,+ għall-art taʼ Sugħal, 18 grupp ieħor kien idur lejn it-triq taʼ Bet-ħoron,+ u t-tielet grupp kien idur lejn it-triq li tagħti għall-fruntiera li tħares lejn il-wied taʼ Sebogħim, lejn ix-xagħri.
19 Issa ma kienx hemm ħaddied fl-art kollha taʼ Israel, għaliex il-Filistin kienu qalu: “Sabiex l-Ebrej ma jagħmlux sejf jew lanza.”+ 20 U l-Israelin kollha kienu jinżlu għand il-Filistin biex kull wieħed isinn is-sikka tal-moħriet tiegħu jew iz-zappuna tiegħu jew il-mannara tiegħu jew il-minġel tiegħu.+ 21 U l-prezz biex isinnu kien pim* għas-sikek tal-moħriet u għaz-zpapan u għall-għodod bi tliet sinniet u għall-imnanar u biex iraqqu n-niggieża tal-barrin.+ 22 U ġara li fil-jum tal-battalja ma nstab ebda sejf+ jew lanza f’id xi ħadd min-nies li kienu maʼ Sawl u maʼ Ġonatan; imma Sawl+ u ibnu Ġonatan biss kellhom l-armi.
23 Issa għassa+ tal-Filistin kienet toħroġ lejn il-mogħdija kollha rdumijiet taʼ Mikmax.+