1 Slaten
11 U s-Sultan Salamun ħabb ħafna nisa barranin+ flimkien maʼ bint il-Fargħun,+ nisa Mowabin,+ Għammonin,+ Edomin,+ Sidonin,+ u Ħittin,+ 2 mill-ġnus li għalihom Ġeħova kien qal lil ulied Israel: “M’għandkomx tidħlu fosthom,+ u huma m’għandhomx jidħlu fostkom; għax żgur idawrulkom qalbkom biex tmorru wara l-allat tagħhom.”+ Maʼ dawn intrabat Salamun+ biex iħobbhom. 3 U kellu sebaʼ mitt mara, kollha prinċipessi, u tliet mitt konkubina; u n-nisa tiegħu bil-mod il-mod+ dawrulu qalbu. 4 U ġara li meta Salamun xjaħ,+ in-nisa tiegħu dawrulu+ qalbu biex imur wara allat oħrajn;+ u qalbu ma baqgħetx sħiħa+ maʼ Ġeħova Alla tiegħu bħalma kienet qalb David missieru. 5 U Salamun beda jmur wara Għastoret,+ l-alla mara tas-Sidonin, u wara Milkom,+ il-ħaġa moqżieża taʼ l-Għammonin. 6 U Salamun beda jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova, u ma mexiex għalkollox wara Ġeħova bħal David missieru.+
7 Kien imbagħad li Salamun bena post għall-qima*+ lil Kemos,+ il-ħaġa moqżieża+ taʼ Mowab, fuq il-muntanja+ taʼ quddiem+ Ġerusalemm, u lil Molek, il-ħaġa moqżieża taʼ wlied Għammon. 8 Hekk għamel għan-nisa barranin kollha tiegħu+ li kienu qed joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji u jagħmlu sagrifiċċji lill-allat tagħhom.+
9 U Ġeħova għadab+ għal Salamun, għax qalbu kienet daret minn Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ dak li deherlu darbtejn.+ 10 U kkmandah dwar din il-ħaġa, biex b’hekk ma jmurx wara allat oħrajn;+ imma ma ħarisx dak li kkmandah Ġeħova. 11 U Ġeħova qal lil Salamun: “Talli għamilt hekk u ma żammejtx il-patt tiegħi u l-istatuti tiegħi li tajtek bi kmand, jien żgur inċarrat is-saltna minn fuqek, u nagħtiha lill-qaddej tiegħek.+ 12 Madankollu, ma nagħmilx dan fi żmienek,+ minħabba David missierek.+ Inċarratha minn id ibnek.+ 13 Biss ma nċarratx is-saltna kollha.+ Tribù wieħed nagħtih lil ibnek, minħabba David il-qaddej tiegħi+ u minħabba Ġerusalemm li jien għażilt.”+
14 U Ġeħova beda jqajjem wieħed li jopponi+ lil Salamun,+ jiġifieri, lil Ħadad l-Edomi minn nisel is-sultan. Dan kien f’Edom.+ 15 Kien ġara li meta David ħabat għal Edom,+ u Ġowab il-kap taʼ l-armata telaʼ jidfen lill-maqtulin, hu pprova joqtol lil kull raġel u tifel f’Edom.+ 16 (Għax Ġowab u Israel kollu baqgħu jgħixu hemmhekk sitt xhur sakemm qatlu lil kull raġel u tifel f’Edom.) 17 U Ħadad ħarab, hu flimkien maʼ xi rġiel Edomin mill-qaddejja taʼ missieru, u mar l-Eġittu, meta Ħadad kien għadu żgħir. 18 Għalhekk, ħarġu minn Midjan+ u daħlu f’Faran u ħadu xi rġiel magħhom minn Faran+ u marru l-Eġittu għand il-Fargħun is-sultan taʼ l-Eġittu, li mbagħad tah dar. Ħasiblu wkoll għall-ħobż, u tah biċċa art. 19 U Ħadad baqaʼ jingħoġob iktar u iktar+ f’għajnejn il-Fargħun, tant li tah mara,+ oħt il-mara tiegħu stess, oħt Taħfenes is-sultana.* 20 Maż-żmien, oħt Taħfenes wilditlu lil ibnu Genubat, u Taħfenes ħadet ħsieb li jaqtgħulu l-ħalib+ fid-dar tal-Fargħun; u Genubat baqaʼ f’dar il-Fargħun fost ulied il-Fargħun.
21 U Ħadad semaʼ fl-Eġittu li David kien imtedd maʼ missirijietu+ u li Ġowab il-kap taʼ l-armata kien miet ukoll.+ Għalhekk, Ħadad qal lill-Fargħun: “Ibgħatni,+ ħa mmur f’pajjiżi.” 22 Imma l-Fargħun staqsieh: “X’jonqsok hawn miegħi biex issa trid tmur f’pajjiżek?” Għal dan qallu: “Xejn; imma qis li tibgħatni.”
23 U Alla qajjimlu opponent ieħor,+ jiġifieri, lil Reżon bin Eljada, li kien ħarab minn sidu Ħadadgħeżer+ is-sultan taʼ Soba.+ 24 Hu kien ġabar xi rġiel miegħu u sar il-kap taʼ qatgħa ħallelin, meta David qatel lin-nies taʼ Soba.+ Imbagħad, marru Damasku+ u għammru hemmhekk u bdew isaltnu f’Damasku. 25 U baqaʼ jopponi lil Israel il-jiem kollha taʼ Salamun,+ u dan minbarra l-ħsara li għamel Ħadad; waqt li kien isaltan fuq is-Sirja, hu baqaʼ jistmerr+ lil Israel.
26 U kien hemm Ġerobogħam+ bin Nebat, Efrajmi minn Sereda, qaddej taʼ Salamun,+ u ommu kienet armla jisimha Serugħa. Idu wkoll bdiet tintrefaʼ kontra s-sultan.+ 27 U din hi r-raġuni għala idu ntrefgħet kontra s-sultan: Salamun kien bena l-Għolja.*+ U kien għalaq il-fetħa fil-ħajt tal-Belt taʼ David missieru.+ 28 Issa Ġerobogħam kien raġel setgħan u qalbieni.+ Meta Salamun ra li ż-żagħżugħ kien jaħdem iebes,+ hu qabbdu jindokra+ lil dawk kollha taʼ dar Ġużeppi+ li kellhom jagħtu servizz obbligatorju.+ 29 U ġara f’dak iż-żmien partikulari li Ġerobogħam ħareġ minn Ġerusalemm, u fit-triq sabu l-profeta Aħija+ s-Siloni,+ u Aħija kellu fuqu libsa ġdida; u kienu huma t-tnejn biss fir-rabaʼ. 30 Aħija mbagħad qabad il-libsa l-ġdida li kienet fuqu u ċarratha+ fi tnax-il biċċa.+ 31 U qal lil Ġerobogħam:
“Ħu għaxar biċċiet għalik; għax hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel, ‘Ara, jien se nċarrat is-saltna minn id Salamun, u lilek nagħtik għaxar tribujiet.+ 32 U hu jibqagħlu tribù wieħed+ minħabba l-qaddej tiegħi David+ u minħabba Ġerusalemm,+ il-belt li jien għażilt mit-tribujiet kollha taʼ Israel. 33 Dan għax huma telquni+ u bdew imilu quddiem Għastoret,+ l-alla mara tas-Sidonin, quddiem Kemos,+ l-alla taʼ Mowab, u quddiem Milkom,+ l-alla taʼ wlied Għammon; u ma mxewx fi triqati billi għamlu s-sewwa f’għajnejja, u ma ħarsux l-istatuti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi bħalma għamel David missieru. 34 Imma m’iniex se nieħu s-saltna kollha minn idejh, għax nagħmlu kap ewlieni tul ħajtu kollha, minħabba David il-qaddej tiegħi li jien għażilt,+ għax hu ħares il-kmandamenti u l-istatuti tiegħi. 35 Imma nieħu s-saltna minn idejn ibnu u nagħtiha lilek, iva, għaxar tribujiet.+ 36 U lil ibnu nagħtih tribù, sabiex David il-qaddej tiegħi jibqaʼ jkollu musbieħ li jkun dejjem quddiemi f’Ġerusalemm,+ il-belt li jien għażilt għalija biex inqiegħed ismi hemmhekk.+ 37 U lilek nieħdok, u int issaltan fuq kulma tixxennaq għalih ruħek,+ u ssir sultan fuq Israel. 38 U jiġri li, jekk tobdi kulma nikkmandak, u timxi fi triqati u tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejja billi tħares l-istatuti u l-kmandamenti tiegħi, bħalma għamel David il-qaddej tiegħi,+ jien inkun miegħek+ u nibnilek dar dejjiema, bħalma bnejt għal David,+ u nagħtik lil Israel. 39 U jien numilja lil nisel David minħabba dan,+ imma mhux għal dejjem.’”+
40 U Salamun beda jipprova joqtol lil Ġerobogħam.+ Għalhekk, Ġerobogħam qam u ħarab+ lejn l-Eġittu għand Sisak+ is-sultan taʼ l-Eġittu, u baqaʼ l-Eġittu sa ma miet Salamun.
41 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Salamun u kulma għamel u l-għerf kollu tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb il-ġrajjiet taʼ Salamun? 42 U ż-żmien li Salamun dam isaltan f’Ġerusalemm fuq Israel kollu kien erbgħin sena.+ 43 Imbagħad Salamun imtedd maʼ missirijietu,+ u ndifen fil-Belt taʼ David+ missieru; u ibnu Reħobogħam+ beda jsaltan minfloku.