Isaija
51 “Isimgħuni, intom li qed tiġru wara s-sewwa,+ intom li qed tipprovaw issibu lil Ġeħova.+ Ħarsu lejn il-blata+ li ġejtu maqtugħin minnha, u lejn il-vojt tal-ħofra li nħriġtu minnha. 2 Ħarsu lejn missierkom+ Abraham+ u lejn Sara+ li wilditkom bl-uġigħ tal-ħlas. Għax meta sejjaħtlu hu kien wieħed,+ u beriktu u għamiltu ħafna.+ 3 Għax Ġeħova se jfarraġ lil Sijon.+ Hu se jfarraġ il-postijiet imħarbtin kollha tagħha,+ u jagħmel ix-xagħri tagħha bħall-Għeden+ u l-pjanura tad-deżert tagħha bħall-ġnien taʼ Ġeħova.+ Ferħ kbir u hena se jinstabu fiha, radd il-ħajr u l-leħen taʼ melodija.+
4 “Agħti kasi, O poplu tiegħi; u agħtini widen, ġens tiegħi.+ Għax se toħroġ liġi mingħandi,+ u d-deċiżjoni ġudizzjarja tiegħi se nwaqqafha bħala dawl għall-popli.+ 5 Is-sewwa tiegħi fil-qrib.+ Is-salvazzjoni tiegħi+ ġejja, u dirgħajja se jiġġudikaw lill-popli.+ Il-gżejjer se jittamaw fija,+ u se jistennew għal driegħi.+
6 “Erfgħu għajnejkom lejn is-smewwiet,+ u ħarsu lejn l-art hemm taħt. Għax is-smewwiet idubu u jixxerrdu bħal duħħan,+ u bħal libsa l-art titmermer,+ u l-abitanti tagħha jmutu bħal sempliċi nemusa. Imma s-salvazzjoni tiegħi tkun għal dejjem,+ u s-sewwa tiegħi ma jitkissirx.+
7 “Isimgħuni, intom li tafu s-sewwa, il-poplu li f’qalbu hemm il-liġi tiegħi.+ Tibżgħux mit-tmaqdir tal-bnedmin mortali, u titwerwrux sempliċement minħabba t-tgħajjir tagħhom.+ 8 Għax il-kamla se tikolhom bħallikieku kienu libsa, u l-kamla tal-ħwejjeġ tikolhom bħallikieku kienu suf.+ Imma s-sewwa tiegħi jibqaʼ għal dejjem, u s-salvazzjoni tiegħi għal ġenerazzjonijiet bla għadd.”+
9 Stenbaħ, stenbaħ, ilbes is-saħħa,+ O driegħ taʼ Ġeħova!+ Stenbaħ bħal fi żmien il-qedem, bħal fil-ġenerazzjonijiet taʼ żmien twil ilu.+ Mhux int kont dak li kisser lil Raħab+ biċċiet, dak li nifed il-mostru tal-baħar?+ 10 Mhux int kont dak li nixxef il-baħar, l-ilmijiet tal-fond kbir?+ Dak li għamel mill-fond tal-baħar triq għal dawk mixtrijin lura sabiex jaqsmu minnha?+ 11 Imbagħad il-mifdijin taʼ Ġeħova se jerġgħu lura u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija,+ u fuq rashom ikollhom il-ferħ għal dejjem.+ Se jaslu għall-ferħ kbir u l-hena.+ U n-niket u t-tnehid jaħarbu ’l hemm.+
12 “Jien—jien hu li qed infarraġkom.+
“Min int biex tibżaʼ minn bniedem mortali li se jmut,+ u minn bin il-bniedem li jintgħamel bħall-ħaxix aħdar?+ 13 U min int biex tinsa lil Ġeħova, Dak li għamlek,+ li firex is-smewwiet+ u qiegħed is-sisien taʼ l-art,+ u minħabba f’hekk il-jum kollu kont dejjem imbeżżaʼ minħabba l-korla taʼ dak li għalqek minn kullimkien,+ bħallikieku kien lest biex jagħmlek ħerba?+ U fejn hi l-korla taʼ dak li għalqek minn kullimkien?+
14 “Dak li qed jitbaxxa bil-ktajjen malajr se jinħall,+ sabiex ma jmurx mejjet lejn il-ħofra+ u sabiex ma jiġix nieqes minn ħobżu.+
15 “Imma jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, Dak li jqanqal il-baħar sabiex il-mewġ tiegħu jitqalleb.+ Ġeħova taʼ l-armati jismu.+ 16 U jien inqiegħed kliemi f’fommok,+ u ngħattik bid-dell taʼ idi,+ sabiex nistabbilixxi s-smewwiet+ u nqiegħed is-sisien taʼ l-art+ u ngħid lil Sijon, ‘Int il-poplu tiegħi.’+
17 “Stenbaħ, stenbaħ, qum, O Ġerusalemm,+ int li xrobt minn id Ġeħova l-kies tal-korla tiegħu.+ Int xrobt, int battalt it-tazza, il-kies li qed jistordik.+ 18 Ħadd mill-ulied kollha+ li wildet ma mexxieha, u mill-ulied kollha li rabbiet ħadd ma qabdilha idha.+ 19 Ġrawlek dawk iż-żewġ affarijiet.+ Min se jissimpatizza miegħek?+ Tħarbit u tiġrif, u ġuħ u sejf!+ Min se jfarrġek?+ 20 Uliedek stess ħasshom ħażin.+ Imteddew f’ras it-toroq kollha bħal nagħaġ salvaġġi fix-xibka,+ bħal dawk mimlijin bil-korla taʼ Ġeħova,+ iċ-ċanfira t’Alla tiegħek.”+
21 Għalhekk, ismaʼ dan, jekk jogħġbok, O mara+ li qed issofri u fis-sakra, imma mhux bl-inbid.+ 22 Hekk qal il-Mulej tiegħek, Ġeħova, iva, Alla tiegħek, li jiġġieled+ għall-poplu tiegħu: “Ara! Se niħodlok minn idek il-kies li qed jistordik.+ It-tazza, il-kies tal-korla—ma terġax tixorbu.+ 23 U jien inqiegħdu f’id dawk li qed jirritawk,+ dawk li qalu lil ruħek, ‘Tbaxxa sabiex naqsmu għan-naħa l-oħra,’ u b’hekk kont tagħmel dahrek bħall-art, u bħal triq għal dawk li kienu jaqsmu.”+