1 Samwel
20 U David ħarab+ minn Najot f’Rama. Madankollu, ġie u qal quddiem Ġonatan: “X’għamilt jien?+ X’inhu l-iżball tiegħi, u xi dnub għamilt quddiem missierek, biex qed jipprova jiħodli ħajti?” 2 Għal dan, hu wieġbu: “Lanqas biss jgħaddili minn moħħi!+ Int ma tmutx. Ara! Missieri ma jagħmilx ħaġa kbira jew ħaġa żgħira mingħajr ma jgħidli biha;*+ u għala għandu missieri jaħbi din il-ħaġa minni?+ Dan mhux se jiġri.” 3 Imma David ħalef+ ukoll u qal: “Missierek żgur li jaf li jien sibt il-ħniena f’għajnejk,+ u għalhekk jgħid, ‘Tħallix lil Ġonatan ikun jaf b’dan li ma jmurx iħossu mweġġaʼ.’ Imma, fil-fatt, daqskemm Ġeħova+ hu ħaj u daqskemm ruħek hi ħajja,+ pass biss hemm bejni u bejn il-mewt!”+
4 U Ġonatan issokta jgħid lil David: “Kulma tgħid int nagħmilhulek.” 5 U David qal lil Ġonatan: “Ara! Għada qamar ġdid,+ u jien żgur li rrid inkun bil-qiegħda għall-ikel mas-sultan; u int ħallini mmur, u jien ninħeba+ fl-għalqa sa fil-għaxija fit-tielet jum. 6 Jekk missierek, fil-fatt, jintebaħ li m’iniex hemm, għidlu, ‘David talabni bil-ħerqa biex inħallih iwarrab għal ftit ħalli jaqbeż qabża sa Betlehem,+ il-belt tiegħu, għaliex hemm sagrifiċċju li jsir kull sena hemmhekk għall-familja kollha.’+ 7 Jekk jgħidlek hekk, ‘Kollox sew!’ ikun ifisser sliem għal qaddej tiegħek. Imma jekk, fil-fatt, jirrabja, kun af li dak li hu ħażin ġie deċiż minnu.+ 8 U uri qalb tajba bl-imħabba mal-qaddej tiegħek,+ għax kien f’patt+ miegħek quddiem Ġeħova li int daħħalt lill-qaddej tiegħek. Imma jekk jien għamilt xi żball,+ oqtolni int stess, għax għalfejn għandek tiħodni għand missierek?”
9 Għal dan, Ġonatan wieġbu: “Dan qatt ma jgħaddili minn moħħi dwarek! Imma jekk, fil-fatt, insir naf li ġie deċiż minn missieri li jiġi fuqek id-deni, taħseb li ma ngħidlekx bih?”+ 10 Imbagħad David qal lil Ġonatan: “Min se jgħidli jekk dak li jwieġbek missierek ikunx aħrax?” 11 U Ġonatan qal lil David: “Int ejja ħa noħorġu fl-għalqa.” Għalhekk, it-tnejn li huma ħarġu fl-għalqa. 12 U Ġonatan issokta jgħid lil David: “Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ ikun xhud+ li jien nistħarreġ lil missieri għada bħalissa, jew fit-tielet jum, u jekk ikollu attitudni tajba lejn David, ma nibgħatx jien imbagħad u ngħidlek b’dan? 13 Għalhekk, jalla Ġeħova jagħmillu hekk lil Ġonatan, u iktar minn hekk,+ jekk, fil-każ li missieri jidhirlu li hu tajjeb li jagħmillek id-deni, jien ma ngħidlekx b’dan u nħallik tmur u int ma tmurx bis-sliem. U jalla Ġeħova juri li qiegħed miegħek,+ sewwa sew bħalma wera li kien maʼ missieri.+ 14 U ma turix int, jekk inkun għadni ħaj,+ iva, ma turix il-qalb tajba bl-imħabba taʼ Ġeħova miegħi, biex ma mmutx?+ 15 U int ma twarrabx il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek minn fuq dawk taʼ dari għal dejjem.+ Lanqas, meta Ġeħova jeqred l-għedewwa taʼ David, kull wieħed minn wiċċ l-art, 16 ma se jinqered isem Ġonatan mid-dar taʼ David.+ U Ġeħova jitlob kont minn id l-għedewwa taʼ David.” 17 Għalhekk, Ġonatan reġaʼ ħalef lil David sforz l-imħabba li kellu lejh; għax kien iħobbu bħalma kien iħobb lilu nnifsu.+
18 U Ġonatan issokta jgħidlu: “Għada qamar ġdid,+ u żgur li jintebħu li m’intix hemm, għaliex postok ikun vojt. 19 U fit-tielet jum ikun ċar ħafna li m’intix hemm; u tiġi fil-post fejn inħbejt+ fil-ġurnata tax-xogħol, u trid toqgħod ħdejn din il-ġebla hawnhekk. 20 U jien nispara tliet vleġeġ lejn naħa waħda tagħha, biex inwaddabhom lejn fejn nimmira. 21 U, ara, nibgħat lill-qaddej u ngħidlu, ‘Mur, sib il-vleġeġ.’ Jekk lill-qaddej ngħidlu speċifikament, ‘Ara! Il-vleġeġ qegħdin din in-naħa tiegħek, ġibhom,’ imbagħad ejja, għax ikun ifisser sliem għalik u ma jkun hemm xejn ħażin, daqskemm hu ħaj Ġeħova.+ 22 Imma jekk lill-ġuvnott ngħidlu hekk, ‘Ara! Il-vleġeġ qegħdin iktar ’il bogħod minnek,’ mur, għax Ġeħova jkun bagħtek. 23 U dwar il-kelma li għedna,+ jien u int, ara, jalla Ġeħova jkun bejni u bejnek għal dejjem.”+
24 U David inħeba fl-għalqa.+ U kien qamar ġdid, u s-sultan ħa postu biex jiekol l-ikla.+ 25 U s-sultan kien bil-qiegħda f’postu bħas-soltu, fil-post taʼ ħdejn il-ħajt; u Ġonatan kien faċċata tiegħu, u Abner+ kien bil-qiegħda maġenb Sawl, imma post David kien vojt. 26 U Sawl ma qal assolutament xejn dakinhar, għax qal bejnu u bejn ruħu: “Ġara xi ħaġa, u b’hekk mhux nadif,+ għax ma tnaddafx.” 27 U ġara, l-għada tal-qamar ġdid, fit-tieni jum, li post David baqaʼ vojt. U Sawl qal lil ibnu Ġonatan: “Bin Ġesse+ għala ma ġiex għall-ikla la l-bieraħ u lanqas illum?” 28 Għalhekk, Ġonatan wieġeb lil Sawl: “David talabni bil-ħerqa biex inħallih iwarrab għal ftit ħalli jmur Betlehem.+ 29 U ssokta jgħidli, ‘Ħallini mmur, jekk jogħġbok, għaliex għandna sagrifiċċju tal-familja fil-belt, u kien ħija stess li kkmandani. Għalhekk, issa, jekk sibt il-ħniena f’għajnejk, ħallini nitlaq baxx baxx, jekk jogħġbok, biex nara lil ħuti.’ Huwa għalhekk li ma ġiex mal-mejda tas-sultan.” 30 Imbagħad Sawl xegħel bir-rabja+ kontra Ġonatan u qallu: “Ja bin mara ribelluża,+ ma nafx tajjeb jien li int qed tippreferi lil bin Ġesse b’għajb għalik u b’għajb għall-għera t’ommok?+ 31 Għax il-jiem kollha li bin Ġesse jkun ħaj fuq l-art, int u saltnatek ma tkunux stabbiliti fis-sod.+ Għalhekk, issa, ibgħat ġibhuli, għax ħaqqu l-mewt.”+
32 Madankollu, Ġonatan wieġeb lil Sawl, missieru, u qallu: “Għala għandu jingħata l-mewt?+ X’għamel?”+ 33 U Sawl waddablu l-lanza biex jolqtu;+ u Ġonatan sar jaf li kien ġie deċiż minn missieru li joqtol lil David.+ 34 Minnufih, Ġonatan qam minn fuq il-mejda b’saħna kbira fuqu,+ u ma kielx ħobż fit-tieni jum wara l-qamar ġdid, għax ħassu mweġġaʼ dwar David,+ għaliex missieru kien umiljah.+
35 U ġara fil-għodu li Ġonatan ħareġ fl-għalqa fejn kien hemm il-post magħżul minn David,+ u miegħu kien hemm qaddej żagħżugħ. 36 U hu qal lill-qaddej tiegħu: “Iġri, jekk jogħġbok, sib il-vleġeġ li qed nispara.”+ Il-qaddej ġera, u hu spara l-vleġġa biex tgħaddi ’l hemm minnu. 37 Meta l-qaddej wasal fil-post fejn kien hemm il-vleġġa li kien spara Ġonatan, Ġonatan beda jgħajjat minn wara l-qaddej u jgħid: “M’hijiex il-vleġġa iktar ’il bogħod minnek?”+ 38 U Ġonatan issokta jgħajjat minn wara l-qaddej: “Għaġġel! Aġixxi malajr! Tiqafx!” U l-qaddej taʼ Ġonatan ġabar il-vleġeġ u mar ħdejn sidu. 39 U l-qaddej ma kien jaf xejn; Ġonatan u David biss kienu jafu dwar il-kwistjoni. 40 Imbagħad Ġonatan ta l-armi tiegħu lill-qaddej tiegħu u qallu: “Mur, ħudhom il-belt.”
41 Il-qaddej mar. U David qam minn post fil-qrib li kien lejn in-nofsinhar. Imbagħad inxteħet wiċċu fl-art+ u miel tliet darbiet; u bdew ibusu+ lil xulxin u jibku lil xulxin, imma l-iktar David.+ 42 U Ġonatan issokta jgħid lil David: “Mur bis-sliem,+ ladarba ħlifna,+ it-tnejn li aħna, f’isem Ġeħova, u għedna, ‘Jalla Ġeħova juri li qiegħed bejni u bejnek u bejn nisli u bejn nislek għal dejjem.’”+
Għaldaqstant, David qam u telaq, u Ġonatan daħal il-belt.