2 Korintin
7 Għalhekk, maħbubin, ladarba għandna dawn il-wegħdi+ ħa nitnaddfu+ minn kull tinġis tal-laħam u taʼ l-ispirtu,+ u nipperfezzjonaw il-qdusija fil-biżaʼ t’Alla.+
2 Agħmlu l-wisaʼ għalina f’qalbkom.+ Lil ħadd m’għamilna ħsara, lil ħadd ma kkorrompejna, u minn ħadd ma pprofittajna ruħna.+ 3 Ma ngħidx dan biex nikkundannakom. Għax diġà għedtilkom li qegħdin fi qlubna, sew jekk ngħixu u sew jekk immutu.+ 4 Nistaʼ nitkellem magħkom b’libertà kbira. Inħossni kburi ħafna bikom.+ Jien mimli faraġ;+ qed infur bil-ferħ fis-sofferenzi kollha tagħna.+
5 Fil-fatt, meta wasalna l-Maċedonja,+ ma sibniex serħan,+ imma bqajna nsofru+ b’kull mod u manjiera—kien hemm ġlied barra u biżaʼ ġewwa. 6 Madankollu Alla, li jfarraġ+ lill-imgħakksin, farraġna bil-preżenza taʼ Titu; 7 iżda mhux biss bil-preżenza tiegħu, imma wkoll bil-faraġ li hu kien tfarraġ bikom, għax reġaʼ qalilna+ dwar ix-xewqa tagħkom, in-niket tagħkom, iż-żelu tagħkom għalija, u b’hekk jien thennejt bil-wisq iktar.
8 Għalhekk, anki jekk sewwidtilkom qalbkom bl-ittra tiegħi,+ ma jiddispjaċinix. U jekk għall-ewwel iddispjaċieni, (qed nara li dik l-ittra sewditilkom qalbkom, għalkemm għal ftit,) 9 issa nithenna, mhux għax sewwidtu qalbkom, imma għax is-swied taʼ qalb wassalkom għall-indiema;+ għax sewwidtu qalbkom fi qbil mar-rieda t’Alla,+ biex f’xejn ma ssofru ħsara minħabba fina. 10 Għax is-swied taʼ qalb fi qbil mar-rieda t’Alla jġib l-indiema għas-salvazzjoni li ħadd m’għandu jiddispjaċih minnha;+ imma s-swied taʼ qalb tad-dinja jipproduċi l-mewt.+ 11 Għax ara l-fatt li sewwidtu qalbkom fi qbil mar-rieda t’Alla+ x’ħeġġa kbira pproduċa fikom, iva, tindif mill-ħtija, iva, għadab minħabba l-ħażen, iva, biżaʼ t’Alla, iva, xenqa, iva, żelu, iva, korrezzjoni tal-ħażen!+ F’kull aspett urejtu li intom safjin f’din il-ħaġa. 12 Żgur li għalkemm ktibtilkom, dan m’għamiltux għal dak li għamel il-ħażen,+ lanqas għal dak li sofra l-ħażen, imma biex il-ħeġġa tagħkom għalina tkun tidher fostkom quddiem Alla. 13 Huwa għalhekk li ġejna mfarrġin.
Madankollu, minbarra li tfarraġna, thennejna jerġaʼ wisq iktar minħabba l-ferħ taʼ Titu, għax l-ispirtu tiegħu+ ġie mserraħ minnkom ilkoll. 14 Għax jekk ftaħart xi ftit dwarkom miegħu, ma ġegħeltunix nistħi; imma bħalma għednielkom il-verità f’kollox, hekk ukoll il-ftaħir tagħna+ quddiem Titu deher ċar li hu veru. 15 Ukoll, l-affezzjoni tenera tiegħu għalikom hi ħafna iktar kotrana, għax jiftakar l-ubbidjenza tagħkom+ ilkoll, kif ilqajtuh bil-biżaʼ u t-tregħid. 16 Nithenna li b’kull mod nistaʼ nimtela bil-kuraġġ minħabba fikom.+