2 Kronaki
9 U s-sultana taʼ Xeba+ semgħet dwar il-fama taʼ Salamun, u ġiet biex lil Salamun tipprovah b’mistoqsijiet+ taʼ taħbil il-moħħ f’Ġerusalemm, flimkien m’għadd impressjonanti taʼ nies li kienu qed jakkumpanjawha u iġmla+ jġorru żejt tal-balzmu+ u ħafna u ħafna deheb+ u ħaġar prezzjuż.+ Sa fl-aħħar daħlet għand Salamun u bdiet tkellmu fuq dak kollu li kien għal qalbha.+ 2 Salamun, min-naħa tiegħu, qagħad iwiġbilha l-mistoqsijiet kollha tagħha+ u ma kien hemm xejn li Salamun ma kienx jaf u ma setax iwiġbilha.+
3 Meta s-sultana taʼ Xeba rat l-għerf+ taʼ Salamun u d-dar li kien bena,+ 4 u l-ikel tal-mejda tiegħu+ u kif il-qaddejja tiegħu kienu jpoġġu mal-mejda u s-servizz taʼ dawk li kienu jservu l-ikel u lbieshom,+ u s-servizz taʼ dawk li kienu jservu x-xorb+ u lbieshom, u s-sagrifiċċji tal-ħruq+ li kien joffri regolarment fid-dar taʼ Ġeħova,+ baqgħet miblugħa.* 5 Għaldaqstant qalet lis-sultan: “Il-kliem li smajt f’pajjiżi dwarek u dwar l-għerf tiegħek kien minnu.+ 6 Iżda m’emmintx+ il-kliem li qalu sakemm ġejt u rajt b’għajnejja.+ U, ara! Lanqas in-nofs ma kienu qaluli dwar l-abbundanza taʼ l-għerf tiegħek.+ Int tisboq dak li smajt.+ 7 Henjin+ in-nies tiegħek, u henjin huma dawn il-qaddejja tiegħek li qegħdin weqfin quddiemek il-ħin kollu u qed jisimgħu l-għerf tiegħek.+ 8 Ħa jkun imbierek Ġeħova Alla tiegħek,+ li tgħaxxaq+ bik billi poġġiek fuq it-tron tiegħu+ bħala sultan għal Ġeħova Alla tiegħek;+ għaliex Alla tiegħek ħabb+ lil Israel, biex iġiegħlu jieqaf għal żmien indefinit, u b’hekk ħatrek fuqhom bħala sultan+ biex twettaq il-ġustizzja+ u s-sewwa.”+
9 Imbagħad tat lis-sultan mija u għoxrin talent deheb+ u kwantità kbira ferm taʼ żejt tal-balzmu,+ u ħaġar prezzjuż;+ u qatt ma kien hemm żejt tal-balzmu bħal dak li s-sultana taʼ Xeba tat lis-Sultan Salamun.+
10 U, minbarra dan, il-qaddejja taʼ Ħiram+ u l-qaddejja taʼ Salamun, li ġabu d-deheb+ minn Ofir, ġabu l-injam tas-siġar tas-sandlu+ u ħaġar prezzjuż.+ 11 U s-sultan għamel mill-injam tas-siġar tas-sandlu taraġ+ għad-dar taʼ Ġeħova u għad-dar tas-sultan,+ kif ukoll arpi+ u strumenti tal-korda+ għall-għannejja,+ u bħalhom qatt ma kien deher qabel fl-art taʼ Ġuda.
12 U s-Sultan Salamun ta lis-sultana+ taʼ Xeba kulma għoġobha u kulma kienet talbitu, minbarra l-valur taʼ dak li ġabet lis-sultan. Għalhekk, hi daret u telqet lejn pajjiżha, flimkien mal-qaddejja tagħha.+
13 U d-deheb li kien jasal għand Salamun f’sena waħda kien jiżen sitt mija u sitta u sittin talent deheb,+ 14 minbarra dak li kien jiddaħħal mill-merkanti+ li jivvjaġġaw u min-negozjanti u mis-slaten kollha taʼ l-Għarab+ u mill-gvernaturi tal-pajjiż li kienu qed iġibu d-deheb u l-fidda lil Salamun.
15 U s-Sultan Salamun għamel mitejn tarka kbira tad-deheb imħallat+ (kull tarka kbira ksieha b’sitt mitt xekel deheb imħallat),+ 16 u tliet mitt tarka żgħira tad-deheb imħallat (kull tarka żgħira ksieha bi tliet miniet deheb).+ Imbagħad is-sultan qegħedhom fid-Dar tal-Foresta tal-Libanu.+
17 Iżjed minn hekk, is-sultan għamel tron kbir taʼ l-avorju u ksieh bid-deheb pur.+ 18 U kien hemm sitt tarġiet għat-tron, u kien hemm banketta tad-deheb għat-tron (dawn kienu mwaħħlin miegħu), u kien hemm id-dirgħajn maż-żewġt iġnub tas-siġġu, u kien hemm żewġ iljuni+ ħdejn id-dirgħajn.+ 19 U kien hemm tnax-il iljun+ wieqaf fuq is-sitt tarġiet, kemm fuq naħa u kemm fuq oħra. L-ebda saltna oħra ma kellha tron bħalu.+ 20 U r-reċipjenti kollha tax-xorb+ tas-Sultan Salamun kienu tad-deheb,+ u r-reċipjenti kollha tad-Dar tal-Foresta tal-Libanu+ kienu tad-deheb pur. Ma kien hemm xejn tal-fidda; din ma kienet meqjusa xejn+ fi żmien Salamun. 21 Għax il-bastimenti tas-sultan kienu sejrin Tarsis+ flimkien mal-qaddejja taʼ Ħiram.+ Darba kull tliet snin il-bastimenti taʼ Tarsis kienu jidħlu b’deheb u fidda,+ avorju,+ u xadini u paguni.+
22 Għalhekk, is-Sultan Salamun kellu iktar rikkezzi+ u għerf+ mis-slaten l-oħrajn kollha taʼ l-art. 23 U s-slaten kollha taʼ l-art kienu jfittxu+ li jaraw lil Salamun biex jisimgħu l-għerf+ li l-Alla l-veru kien qegħedlu f’qalbu.+ 24 U kull sena+ kulħadd kien iġib l-għotja tiegħu,+ oġġetti tal-fidda u oġġetti tad-deheb+ u lbies,+ armi u żejt tal-balzmu, żwiemel u bgħula. 25 U Salamun kellu erbat elef stalla għaż-żwiemel+ u l-karrijiet+ u tnax-il elf żiemel tal-ġiri, u kien iżommhom fil-bliet għall-karrijiet+ u f’Ġerusalemm, qrib is-sultan. 26 U ħakem fuq is-slaten kollha mix-Xmara* sa l-art tal-Filistin u sal-fruntiera taʼ l-Eġittu.+ 27 Barra minn hekk, is-sultan għamel il-fidda f’Ġerusalemm bħall-ġebel; u l-injam taċ-ċedru bħas-siġar tal-ġummajż+ li hemm fis-Sefela+ daqskemm kienu kotrana.+ 28 U kienu jġibu ż-żwiemel+ għal Salamun mill-Eġittu+ u mill-artijiet l-oħrajn kollha.
29 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Salamun,+ l-ewwel u l-aħħar, m’humiex dawn miktubin fost il-kliem taʼ Natan,+ il-profeta, u fil-profezija t’Aħija+ s-Siloni+ u fil-kitba tal-viżjonijiet taʼ Iddo,+ il-viżjonarju, rigward Ġerobogħam,+ bin Nebat?+ 30 U Salamun kompla jsaltan f’Ġerusalemm fuq Israel kollu għal erbgħin sena. 31 Fl-aħħar, Salamun imtedd maʼ missirijietu. Għalhekk, difnuh fil-Belt taʼ David, missieru;+ u ibnu Reħobogħam+ beda jsaltan minfloku.+