Ħosea
14 “Ejja lura, O Israel, lejn Ġeħova Alla tiegħek,+ għax int tfixkilt fl-iżball tiegħek.+ 2 Ġibu l-kliem taʼ ndiema magħkom u ejjew lura lejn Ġeħova.+ Għidulu, intom ilkoll, ‘Jalla taħfer l-iżball;+ u aċċetta t-tajjeb, u aħna se noffru bi tpattija l-frott taʼ xofftejna, iva, il-barrin żgħar tat-tifħir.+ 3 L-Assirja mhix se ssalvana.+ Fuq żwiemel m’aħniex se nirkbu.+ U qatt iktar m’aħna se ngħidu: “O Alla tagħna!” lil xogħol idejna, għax huwa permezz tiegħek li tifel bla missier jintwera ħniena.’+
4 “Se nfejjaq in-nuqqas taʼ fedeltà tagħhom.+ Se nħobbhom minn jeddi,+ għax ir-rabja tiegħi reġgħet lura minn fuqu.+ 5 Se nsir bħan-nida għal Israel.+ Hu se jwarrad bħall-ġilju, u se joħroġ għeruqu bħal-Libanu. 6 Il-friegħi tiegħu se jinfirxu, u d-dinjità tiegħu se ssir bħal dik tas-siġra taż-żebbuġ,+ u l-fwieħa tiegħu se tkun bħal tal-Libanu. 7 Huma se jerġgħu jgħammru f’dellu.+ Se jkabbru l-qmuħ u jarmu bħad-dielja.+ It-tifkira tiegħu se tkun bħall-inbid tal-Libanu.
8 “Efrajm se jgħid, ‘X’għandi x’naqsam iktar maʼ l-idoli?’+
“Jien stess se nwieġeb u nibqaʼ nżomm ħarsti fuqu.+ Jien inkun bħal siġra tħaddar tal-ġnibru.+ Għandi ssib il-frott għalik.”
9 Min hu għaref biex jifhem dawn l-affarijiet,+ għaqli biex ikun jafhom?+ Għax it-triqat taʼ Ġeħova retti,+ u n-nies sewwa huma dawk li se jimxu fihom;+ imma dawk li jiksru l-liġi se jitfixklu fihom.+