1 Korintin
16 Issa dwar il-ġbir+ għall-qaddisin,+ agħmlu intom ukoll bħalma ordnajt lill-kongregazzjonijiet tal-Galazja.+ 2 Kull l-ewwel jum tal-ġimgħa ħa jwarrab xi ħaġa kull wieħed minnkom skond ma jistaʼ u jfaddalha f’daru stess, sabiex il-ġbir ma jsirx meta niġi. 3 U meta nasal hemmhekk, lil dawk kollha li tapprovawhom bl-ittri+ nibgħathom biex jieħdu Ġerusalemm l-għotja li għamiltu b’qalb tajba. 4 Madankollu, jekk ikun xieraq li jien immur hemmhekk ukoll, jiġu miegħi.
5 Imma jien niġi għandkom wara li nkun għaddejt mill-Maċedonja,* għax se ngħaddi mill-Maċedonja;+ 6 u forsi noqgħod u anki ngħaddi x-xitwa magħkom, sabiex tkunu tistgħu tiġu+ miegħi biċċa mit-triq fejn inkun sejjer. 7 Għax ma rridx narakom issa jien u għaddej, imma nittama li nibqaʼ xi żmien magħkom,+ jekk Ġeħova+ jippermetti.+ 8 Se nibqaʼ Efesu+ sal-festa taʼ Pentekoste; 9 għax infetaħli bieb kbir għax-xogħol,+ għalkemm hemm ħafna li jopponu.
10 Madankollu, jekk jasal Timotju,+ araw li ma jkollux għalfejn jibżaʼ fostkom, għax qed iwettaq ix-xogħol taʼ Ġeħova,+ bħalma qed nagħmel jien. 11 Għalhekk, qisu li ħadd ma jmaqdru.+ Morru miegħu biċċa mit-triq fil-paċi, sabiex jiġi hawnhekk għandi, għax qed nistennieh maʼ l-aħwa.
12 Issa dwar ħuna Apollo,+ jien tlabtu bi ħrara kbira biex jiġi għandkom maʼ l-aħwa, iżda ma riedx assolutament jiġi issa; imma se jiġi meta jkollu l-opportunità.
13 Ibqgħu mqajmin,+ żommu sod fil-fidi,+ kunu rġiel,+ siru setgħanin.+ 14 Kulma tagħmlu agħmluh bl-imħabba.+
15 Issa nħeġġiġkom, ħuti: tafu li dawk mid-dar taʼ Stefanas huma l-ewwel frott+ taʼ l-Akaja* u li taw ruħhom biex jaqdu lill-qaddisin.+ 16 Jalla tkomplu wkoll tissottomettu ruħkom lejn nies bħal dawn u lejn kulmin qed jikkoopera u jitħabat.+ 17 U nithenna bil-preżenza taʼ Stefanas+ u Fortunatu u Akajku, għax dawn għamlu tajjeb għalikom li m’intomx hawnhekk. 18 Għax kienu taʼ serħan għall-ispirtu tiegħi+ u tagħkom. Għalhekk, irrikonoxxuhom nies bħal dawn.+
19 Il-kongregazzjonijiet taʼ l-Asja jibagħtulkom it-tislijiet tagħhom.+ Akwila u Priska* flimkien mal-kongregazzjoni li hemm f’darhom+ isellu għalikom mill-qalb fil-Mulej. 20 Isellu għalikom l-aħwa kollha. Agħtu merħba lil xulxin b’bewsa qaddisa.+
21 Din hi t-tislija tiegħi, Pawlu, minn idi stess.+
22 Jekk xi ħadd m’għandux affezzjoni lejn il-Mulej, ħa jkun misħut.+ Ejja, O Mulej tagħna!+ 23 Jalla l-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-Mulej Ġesù tkun magħkom. 24 Jalla mħabbti tkun magħkom ilkoll f’unjoni maʼ Kristu Ġesù.