Proverbji
31 Kliem is-Sultan Lemwel, il-messaġġ qawwi+ li tatu ommu biex tikkoreġih:+
2 X’qed ngħidlek, O ibni; u x’qed ngħidlek, O bin ġufi;+ u x’qed ngħidlek, O bin il-wegħdi tiegħi?+
3 Tagħtix l-enerġija kollha tiegħek lin-nisa,+ lanqas triqatek għal dak li jwassal biex jinqerdu s-slaten.+
4 M’huwiex xieraq għas-slaten, O Lemwel, m’huwiex xieraq għas-slaten li jixorbu l-inbid jew għall-uffiċjali għoljin li jgħidu: “Fejn hu x-xorb li jsakkar?”+ 5 li ma jmurx wieħed jixrob u jinsa dak li jkun ġie ordnat b’digriet u jfixkel il-kawża taʼ wlied is-sofferenza.+ 6 Agħtu x-xorb li jsakkar lil min wasal biex imut+ u l-inbid lil dawk li ruħhom kollha mrar.+ 7 Wieħed ħa jixrob u jinsa l-faqar tiegħu, u ħa ma jiftakarx iktar fl-inkwiet tiegħu.
8 Iftaħ fommok u tkellem għal min ma jistax,+ sabiex tiddefendi l-kawża taʼ dawk kollha li waslu biex imutu.+ 9 Iftaħ fommok, iġġudika bil-ġustizzja u ddefendi l-kawża taʼ dak li qed isofri u tal-fqir.+
א [Alef]
10 Mara kapaċi min jistaʼ jsibha?+ Hi tiswa ferm iżjed mill-qroll.
ב [Bet]
11 Qalb sidha tafda fiha, u l-ebda ġid ma jonqsu.+
ג [Gimel]
12 Hi ppremjatu bit-tajjeb, u mhux bil-ħażin, il-jiem kollha taʼ ħajjitha.+
ד [Dalet]
13 Fittxet is-suf u l-għażel, u taħdem b’idejn ħerqanin.+
ה [Ħe]
14 Uriet li hi bħall-iġfna taʼ merkant.+ Iġġib l-ikel tagħha mill-bogħod.
ו [Waw]
15 Tqum ukoll meta jkun għadu bil-lejl,+ u tagħti l-ikel lin-nies taʼ darha, u lix-xbejbiet tagħha tagħtihom sehemhom.+
ז [Żajin]
16 Ħasbet sew fuq għalqa u mbagħad kisbitha;+ minn frott idejha ħawlet għalqa bid-dwieli.+
ח [Ħet]
17 Ħażżmet ġenbejha bil-qawwa, u dirgħajha ssaħħaħhom.+
ט [Tet]
18 Fehmet li n-negozju tagħha hu tajjeb; il-musbieħ tagħha ma jintefiex bil-lejl.+
י [Jod]
19 Meddet idejha għall-magħżel, u idejha jaqbdu wkoll id-dussies.*+
כ [Kaf]
20 Fetħet idha maʼ min qed isofri, u meddet idejha lejn il-fqir.+
ל [Lamed]
21 Ma tinkwetax għan-nies taʼ darha minħabba l-borra, għax in-nies taʼ darha lkoll lebsin żewġ ilbiesi li jsaħħnuhom.+
מ [Mem]
22 Għamlet għata għas-sodda tagħha.+ Ilbiesha hu taʼ l-għażel u taʼ suf miżbugħ vjola ħamrani.+
נ [Nun]
23 Sidha+ magħruf f’bibien il-belt,+ meta joqgħod bil-qiegħda max-xjuħ tal-pajjiż.
ס [Samek]
24 Għamlet ukoll ħwejjeġ li jintlibsu minn taħt+ u bigħethom, u tat ċinturini lin-negozjanti.
ע [Għajn]
25 B’saħħa u ġmiel kbir imlibbsa,+ u tidħaq dwar il-jiem tal-futur.+
פ [Pe]
26 Fetħet fommha bl-għerf,+ u l-liġi tal-qalb tajba bl-imħabba tinsab fuq ilsienha.+
צ [Sade]
27 Tieħu ħsieb dak li jiġri f’darha, u ħobż l-għażż ma tiklux.+
ק [Kof]
28 Uliedha qamu u sejħulha hienja;+ sidha jqum u jfaħħarha.+
ר [Rex]
29 Hemm ħafna bniet+ li wrew kapaċità, imma int—int tisboqhom ilkoll.+
ש [Xin]
30 Il-ġmiel jistaʼ jkun falz,+ u s-sbuħija tistaʼ tkun fiergħa;+ imma l-mara li tibżaʼ minn Ġeħova hi dik li tirbaħ it-tifħir.+
ת [Taw]
31 Agħtuha minn frott idejha,+ u ħa jfaħħruha xogħlijietha f’bibien il-belt.+