Ġeremija
33 U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija għat-tieni darba, waqt li kien għadu magħluq fil-Bitħa taʼ l-Għassa,+ tgħid: 2 “Hekk qal Ġeħova, Dak li għamel+ l-art, Ġeħova, Dak li sawwarha+ u waqqafha fis-sod,+ li ismu hu Ġeħova,+ 3 ‘Sejjaħli, u jien inwieġbek+ u minnufih ngħidlek affarijiet kbar li ma jistgħux jiġu mifhumin u li qatt ma kont taf bihom.’”+
4 “Għax hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, dwar id-djar taʼ din il-belt u d-djar tas-slaten taʼ Ġuda li se jiġġarrfu permezz tar-rampi għall-assedju u permezz tas-sejf,+ 5 dwar dawk li ġejjin jiġġieldu mal-Kaldin u jimlew id-djar bl-iġsma mejtin tan-nies li jien qtilt fir-rabja u l-korla tiegħi,+ u dawk kollha li minħabba l-ħażen tagħhom jien ħbejt wiċċi minn din il-belt,+ 6 ‘Ara, se nerġaʼ nġibha għal li kienet u nagħtiha saħħitha;+ u nfejjaqhom u nurihom kotra taʼ sliem u verità.+ 7 U nġib lura lill-imjassrin taʼ Ġuda u lill-imjassrin taʼ Israel,+ u nibnihom bħalma kienu fil-bidu.+ 8 U nsaffihom mill-iżball kollu tagħhom li bih dinbu kontrija,+ u naħfrilhom l-iżbalji kollha tagħhom li bihom dinbu kontrija u kisru l-liġi tiegħi.+ 9 U l-belt issir għalija isem taʼ ferħ kbir,+ tifħir u ġmiel f’għajnejn il-ġnus kollha taʼ l-art li se jisimgħu dwar it-tjubija kollha li ħa nurihom.+ U huma jitkexkxu+ u jitħawdu+ minħabba t-tjubija kollha u minħabba s-sliem kollu li se nagħtiha.’”+
10 “Hekk qal Ġeħova, ‘F’dan il-post li se tgħidu li hu mitluq u li ma fihx bnedmin u annimali domestiċi, fil-bliet taʼ Ġuda u fit-toroq taʼ Ġerusalemm li huma ħerba+ u li fihom ma jgħammar ħadd, la bnedmin u lanqas annimali domestiċi, għad iridu jinstemgħu+ 11 l-ħoss tal-ferħ u l-ħoss taʼ l-hena,+ leħen l-għarus u leħen l-għarusa, leħen dawk li jgħidu: “Faħħru lil Ġeħova taʼ l-armati, għax Ġeħova hu tajjeb;+ il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem!”’+
“‘Għad iġibu offerta taʼ radd il-ħajr fid-dar taʼ Ġeħova,+ għax jien inġib lura lill-imjassrin taʼ l-art u jkunu bħalma kienu fil-bidu,’+ qal Ġeħova.”
12 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘F’dan il-post mitluq li ma fihx bnedmin u annimali domestiċi+ u fil-bliet kollha tiegħu għad jerġaʼ jkun hemm il-mergħa fejn ir-rgħajja jieħdu l-merħla tagħhom tistrieħ.’+
13 “‘Fil-bliet tar-reġjun muntanjuż, fil-bliet tal-pjanura l-baxxa+ u fil-bliet tan-nofsinhar+ u fl-art taʼ Benjamin+ u fl-inħawi taʼ madwar Ġerusalemm+ u fil-bliet taʼ Ġuda+ l-imrieħel għad jerġgħu jgħaddu minn taħt idejn dak li jgħoddhom,’+ qal Ġeħova.”
14 “‘Ara! Ġej żmien,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘meta nwettaq il-kelma t-tajba li tkellimt+ dwar dar Israel+ u dwar dar Ġuda. 15 F’dawk il-jiem u f’dak iż-żmien se nġiegħel li tinbet għal David rimja ġusta,+ u hu żgur jagħmel il-ġustizzja u s-sewwa fl-art.+ 16 Dak iż-żmien Ġuda jiġi salvat+ u Ġerusalemm tgħammar fis-sigurtà.+ U tkun tissejjaħ hekk: Ġeħova Hu s-Sewwa Tagħna.’”+
17 “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel għal David biex joqgħod fuq it-tron taʼ dar Israel.+ 18 U rigward il-qassisin, il-Leviti, ma jonqos qatt li jkun hemm raġel quddiemi, raġel li joffri kuljum offerti sħaħ tal-ħruq u jaħraq* offerti tal-qmuħ u joffri sagrifiċċji.’”+
19 U l-kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għand Ġeremija, tgħid: 20 “Hekk qal Ġeħova, ‘Daqskemm intom tistgħu tiksru l-patt tiegħi tal-jum u l-patt tiegħi tal-lejl, sabiex il-jum u l-lejl ma jiġux f’waqthom,+ 21 daqshekk ieħor nistaʼ jien nikser il-patt tiegħi maʼ David il-qaddej tiegħi+ biex ma jkollux iben isaltan fuq it-tron tiegħu;+ u wkoll mal-Leviti, il-qassisin, il-qaddejja tiegħi.+ 22 Bħalma l-armata tas-smewwiet ma tistax tingħadd, u r-ramel tal-baħar ma jistax jitkejjel,+ hekk se nkattar nisel David il-qaddej tiegħi u l-Leviti li qed jaqduni.’”+
23 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għand Ġeremija, tgħid: 24 “M’intix tara x’inhuma jgħidu dawn in-nies? Qed jgħidu, ‘Iż-żewġ familji li għażel Ġeħova,+ issa se jwarrabhom.’ U lill-poplu tiegħi jibqgħu jittrattawh bla rispett,+ u ma jqisuhx iktar bħala ġens.
25 “Hekk qal Ġeħova, ‘Kieku ma kienx fatt li għamilt il-patt tiegħi tal-jum u l-lejl,+ l-istatuti tas-smewwiet u l-art,+ 26 kieku kont inwarrab ukoll lin-nisel taʼ Ġakobb u taʼ David il-qaddej tiegħi,+ u ma niħux minn nislu wħud li jaħkmu fuq nisel Abraham, Iżakk, u Ġakobb. Għax se niġbor lill-imjassrin tagħhom+ u tiġini ħasra minnhom.’”+