Ħosea
2 “Għidu lil ħutkom subien, ‘Poplu tiegħi!’+ u lil ħutkom bniet, ‘O mara murija l-ħniena!’+ 2 Iftħu kawża legali m’ommkom;+ iftħu kawża legali, għax hi mhix marti+ u jien m’iniex żewġha.+ U hi għandha twarrab iż-żína tagħha minn quddiemha u l-atti tagħha t’adulterju minn bejn sidirha,+ 3 li ma nneżżagħhiex għarwiena+ u nagħmilha bħal dakinhar li twieldet,+ u nġibha bħal xagħri+ u nagħmilha bħal art bla ilma+ u noqtolha bl-għatx.+ 4 U lil uliedha m’iniex se nurihom ħniena,+ għax huma wlied iż-żína.+ 5 Għax ommhom żniet.+ Dik li kienet tqila bihom aġixxiet b’mod taʼ mistħija,+ għax qalet, ‘Irrid immur wara dawk li jħobbuni b’mod appassjonat,+ dawk li qed jagħtuni l-ħobż u l-ilma, is-suf u l-għażel, iż-żejt u x-xorb.’+
6 “Għalhekk, qed nagħlqilha triqitha bix-xewk; u ntellgħalha ħajt,+ sabiex triqatha ma ssibhomx.+ 7 U se tiġri wara l-maħbubin appassjonati tagħha, imma ma tilħaqhomx;+ u tfittixhom, imma ma ssibhomx. U jkollha tgħid, ‘Irrid immur u nerġaʼ lura għand żewġi,+ l-ewwel wieħed,+ għax dak iż-żmien kont aħjar milli jien issa.’+ 8 Imma hi m’għarfitx+ li kont jien li tajtha l-qmuħ+ u l-inbid ħelu u ż-żejt, u li kont kattartilha l-fidda u d-deheb, li huma użaw għal Bagħal.+
9 “‘Għaldaqstant se naġixxi b’mod differenti u se nieħu lura l-qmuħ tiegħi fi żmienu u l-inbid ħelu tiegħi fl-istaġun tiegħu,+ u se naħtaf is-suf u l-għażel tiegħi li jgħattu l-għera tagħha.+ 10 U nikxef il-partijiet privati tagħha quddiem il-maħbubin appassjonati tagħha,+ u ma jkun hemm ħadd li jaħtafha minn idi.+ 11 U ntemm il-ferħ kbir kollu tagħha,+ il-festa tagħha,+ il-qamar ġdid tagħha+ u s-Sabat* tagħha u kull staġun tal-festi tagħha. 12 U nagħmel ħerba mid-dielja+ u mis-siġra tat-tin tagħha,+ li dwarhom qalet: “Huma rigal għalija li tawhuli l-maħbubin appassjonati tiegħi”; u nagħmilhom bħal foresta,+ u l-bhima salvaġġa tar-rabaʼ tiblagħhom. 13 U nitlob kont+ minnha minħabba l-jiem li fihom offriet id-duħħan tas-sagrifiċċji+ lix-xbihat taʼ Bagħal,+ meta qagħdet tiżżejjen bil-ħoloq u l-ornamenti tagħha+ u tmur wara l-maħbubin appassjonati tagħha,+ u lili nsietni,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
14 “‘Għalhekk, qiegħed nipperswadiha, u se nġegħelha tmur fix-xagħri,+ u se nkellimha biex nilħqilha qalbha.+ 15 U minn dakinhar ’il quddiem nagħtiha l-għelieqi tad-dwieli tagħha,+ u l-pjanura l-baxxa t’Għakor+ bħala bieb għat-tama; u hemm twieġeb bħal f’jiem żgħożitha+ u bħal f’jum il-ħruġ tagħha mill-art taʼ l-Eġittu.+ 16 U jseħħ f’dak il-jum,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘li int issejjaħli Żewġi, u ma ssejjaħlix iktar Sidi.’*+
17 “‘U nneħħi l-ismijiet tax-xbihat taʼ Bagħal minn fommha,+ u ma jkunux miftakrin iktar b’isimhom.+ 18 U nagħmel patt għall-poplu tiegħi f’dak il-jum rigward il-bhima salvaġġa tar-rabaʼ+ u l-ħliqa li ttir fis-smewwiet u l-ħliqa li titkaxkar maʼ l-art, u neqred mill-pajjiż il-qaws u s-sejf u l-gwerra,+ u nħallihom jgħixu fis-sigurtà.+ 19 U ngħarrsek miegħi għal żmien indefinit,*+ u ngħarrsek miegħi bis-sewwa u bil-ġustizzja u bil-qalb tajba bl-imħabba u bil-ħniniet.+ 20 U ngħarrsek miegħi bil-fedeltà; u int issir taf lil Ġeħova.’+
21 “‘U jrid iseħħ f’dak il-jum li jien inwieġeb,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘inwieġeb lis-smewwiet, u huma, min-naħa tagħhom, iwieġbu lill-art;+ 22 u l-art, min-naħa tagħha, twieġeb lill-qmuħ+ u lill-inbid ħelu u liż-żejt; u huma, min-naħa tagħhom, iwieġbu lil Ġeżragħel.*+ 23 U niżragħha bħal żerriegħa għalija fl-art,+ u nuri ħniena maʼ dik li ma ntwerietx ħniena,+ u ngħid lil dawk li m’humiex il-poplu tiegħi: “Intom il-poplu tiegħi”;+ u huma, min-naħa tagħhom, jgħidu: “Int Alla tagħna.”’”+