Isaija
60 “Qum,+ O mara, itfaʼ d-dawl,+ għax dawlek ġie+ u iddiet fuqek il-glorja taʼ Ġeħova.+ 2 Għax, ara, dalma+ se tiksi l-art, u dlam ċappa lill-popli; imma Ġeħova se jiddi fuqek, u l-glorja tiegħu stess se tkun tidher fuqek.+ 3 U ġnus se jersqu lejn dawlek,+ u slaten+ lejn id-dija tixgħel tiegħek.+
4 “Erfaʼ għajnejk u ħares dawramejt! Ilkoll ġew miġburin flimkien;+ huma ġew għandek.+ Uliedek subien jibqgħu ġejjin mill-bogħod, u lil uliedek bniet se jieħdu ħsiebhom u jġorruhom fuq il-ġenbejn.+ 5 F’dak iż-żmien int se tara u wiċċek jixgħel,+ u qalbek titriegħed u tikber, għax l-għana tal-baħar se jiġi lejk; ir-riżorsi tal-ġnus se jiġu għandek.+ 6 Tiksik il-kotra kbira taʼ iġmla jlebbtu, l-iġmla żgħar taʼ Midjan u t’Għefa.+ Dawk kollha minn Xeba+ se jiġu. Deheb u inċens abjad se jġorru. U jħabbru t-tifħir taʼ Ġeħova.+ 7 L-imrieħel kollha taʼ Kedar+—dawn se jinġabru flimkien lejk. L-imtaten taʼ Nebajot+—dawn se jaqduk.+ Se jiġu fuq l-artal tiegħi u jkunu approvati;+ u jien se nsebbaħ id-dar sabiħa tiegħi.+
8 “Min huma dawn li ġejjin jittajru bħal sħaba,+ u bħal ħamiem lejn it-toqob tal-barumbara tagħhom? 9 Għax il-gżejjer se jibqgħu jittamaw fija,+ il-bastimenti taʼ Tarsis+ ukoll bħal qabel, sabiex iġibu lil uliedek mill-bogħod,+ il-fidda u d-deheb tagħhom magħhom,+ għal isem+ Ġeħova Alla tiegħek u għall-Qaddis taʼ Israel,+ għax hu se jkun sebbħek.+ 10 U l-barranin se jibnulek is-swar,+ u s-slaten tagħhom se jaqduk;+ għax fl-għadab tiegħi se nkun drabtek,+ imma fir-rieda tajba tiegħi se jkolli ħniena minnek.+
11 “U l-bibien tiegħek se jibqgħu miftuħin il-ħin kollu;+ mhux se jingħalqu la bi nhar u lanqas bil-lejl, sabiex jinġiebu għandek ir-riżorsi tal-ġnus,+ u s-slaten tagħhom se jkunu minn taʼ quddiem.+ 12 Għax kull ġens u kull saltna li ma jaqdukx se jgħibu; u l-ġnus bla dubju jsiru ħerba.+
13 “Għandek tiġi l-glorja tal-Libanu, is-siġra tal-ġnibru, is-siġra tal-fraxxnu, u ċ-ċipressa fl-istess ħin,+ sabiex insebbaħ il-post tas-santwarju tiegħi;+ u se nigglorifika l-post taʼ saqajja.+
14 “U għandek jiġu wlied dawk li qed iġegħluk issofri u jmilu;+ u dawk kollha li jittrattawk b’nuqqas taʼ rispett iridu jitbaxxew sa qiegħ saqajk,+ u se jkollhom isejħulek il-belt taʼ Ġeħova, Sijon+ tal-Qaddis taʼ Israel.
15 “Minflok ma tkun mitluqa għalkollox u mibgħuda, bla ma ħadd jgħaddi minnek,+ jien se nagħmlek ħaġa taʼ min ikun kburi biha għal dejjem,* ferħ kbir għal ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.+ 16 U int se terdaʼ l-ħalib tal-ġnus,+ u s-sider tas-slaten se terdaʼ;+ u int żgur se tkun taf li jien, Ġeħova,+ jien is-Salvatur tiegħek,+ u l-Alla l-Qawwi+ taʼ Ġakobb hu Dak li xtrak lura.+ 17 Minflok ir-ram aħmar se nġib id-deheb,+ u minflok il-ħadid inġib il-fidda, u minflok l-injam, ram aħmar, u minflok il-ġebel, ħadid; u se naħtar il-paċi bħala l-indokratur tiegħek+ u s-sewwa bħala dak li jagħtik ix-xogħol.+
18 “Mhix se tinstemaʼ iktar il-vjolenza f’artek, it-tħarbit jew it-tiġrif ’il ġewwa mill-fruntieri tiegħek.+ U int ċertament li se ssejjaħ is-swar tiegħek Salvazzjoni+ u l-bibien tiegħek Tifħir. 19 Ix-xemx mhix se tkun iktar dawl għalik bi nhar, u d-dija tal-qamar mhix se tagħtik iktar dawl. Ġeħova jrid isir għalik dawl għal dejjem,+ u Alla tiegħek ikun sbuħitek.+ 20 Mhix se tinżel iktar ix-xemx tiegħek, lanqas il-qamar tiegħek m’hu se jbatti; għax Ġeħova nnifsu jsir għalik dawl għal dejjem,+ u jiem il-vistu tiegħek se jkunu ntemmew.+ 21 U inkwantu għal niesek, ilkoll kemm huma se jkunu nies sewwa;+ se jkollhom l-art għal dejjem,+ ir-rimja tat-taħwil tiegħi,+ xogħol idejja,+ biex jien nissebbaħ.+ 22 Il-wieħed ċkejken isir elf, u ż-żgħir ġens setgħan.+ Jien innifsi, Ġeħova, se ngħaġġlu f’waqtu.”+