Numri
27 Imbagħad resqu l-bniet taʼ Selofeħad,+ bin Ħefer, bin Gilegħad, bin Makir, bin Manasse,+ mill-familji taʼ Manasse, bin Ġużeppi. U l-bniet tiegħu kien jisimhom hekk: Maħla, Nogħa, Ħogla, Milka, u Tirsa.+ 2 U qagħdu quddiem Mosè u quddiem Elegħażar, il-qassis,+ u quddiem il-kapijiet ewlenin u l-ġemgħa kollha fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa u qalu: 3 “Missierna miet fix-xagħri,+ u madankollu ma kienx fost il-ġemgħa, jiġifieri, dawk li ħaduha kontra Ġeħova fil-ġemgħa taʼ Koraħ,+ imma miet minħabba dnubu stess;+ u ma kellux ulied subien. 4 Għala għandu isem missierna jitneħħa minn nofs il-familja tiegħu għaliex ma kellux iben?+ Agħtina wirt f’nofs ħut missierna.”+ 5 U Mosè ppreżenta l-każ tagħhom quddiem Ġeħova.+
6 Imbagħad Ġeħova qallu hekk lil Mosè: 7 “Il-bniet taʼ Selofeħad qed jgħidu sew. Għandek assolutament tagħtihom wirt f’nofs ħut missierhom, u trid tgħaddi wirt missierhom lilhom.+ 8 U għandek tkellem lil ulied Israel u tgħidilhom, ‘Jekk imut xi raġel mingħajr ma jkollu iben, tridu tgħaddu wirtu lil bintu. 9 U jekk ma jkollux bint, tridu tagħtu wirtu lil ħutu. 10 U jekk ma jkollux ħutu, tridu tagħtu wirtu lil ħut missieru. 11 U jekk missieru ma jkollux ħutu, tridu tagħtu wirtu lill-eqreb wieħed mill-familja tiegħu li hu qaribu mid-demm,+ u l-wirt isir tiegħu. U dan irid iservi bħala statut b’deċiżjoni ġudizzjarja għal ulied Israel, sewwasew bħalma Ġeħova kkmanda lil Mosè.’”
12 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Itlaʼ fuq din il-muntanja taʼ l-Għabarim+ u ara l-art li se nagħti lil ulied Israel.+ 13 Meta tkun rajtha, imbagħad tinġabar maʼ niesek,+ iva, int, sewwasew bħalma nġabar ħuk Aron,+ 14 talli rribellajtu kontra l-ordni tiegħi fix-xagħri taż-Żin meta tlewmet il-ġemgħa,+ u ma qaddistunix+ ħdejn l-ilmijiet quddiem għajnejhom. Dawn huma l-ilmijiet taʼ Meriba+ f’Kades+ fix-xagħri taż-Żin.”+
15 Imbagħad Mosè kellem lil Ġeħova u qallu: 16 “Ħalli Ġeħova, l-Alla tal-forza tal-ħajja+ taʼ kull xorta taʼ laħam,+ jaħtar raġel fuq il-ġemgħa+ 17 li joħroġ quddiemhom u jidħol quddiemhom u li joħroġhom u jdaħħalhom,+ sabiex il-ġemgħa taʼ Ġeħova ma tkunx bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.”+ 18 Għalhekk, Ġeħova qal lil Mosè: “Ħu lil Ġożwè, bin Nun, bniedem li għandu l-ħila jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu,+ u qiegħed idek fuqu;+ 19 u qiegħdu quddiem Elegħażar, il-qassis, u quddiem il-ġemgħa kollha, u agħtih il-kariga taʼ mexxej quddiem għajnejhom.+ 20 U qegħedlu ftit mid-dinjità tiegħek fuqu,+ sabiex il-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel tismaʼ minnu.+ 21 U jrid joqgħod quddiem Elegħażar, il-qassis, u hu jistħarreġ+ f’ismu x’jgħid il-ġudizzju taʼ l-Urim+ quddiem Ġeħova. Għall-ordni tiegħu joħorġu u għall-ordni tiegħu jidħlu, hu u wlied Israel kollha miegħu u l-ġemgħa kollha.”
22 U Mosè għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah Ġeħova. U ħa lil Ġożwè u qiegħdu quddiem Elegħażar,+ il-qassis, u quddiem il-ġemgħa kollha 23 u qiegħed idejh fuqu u tah il-kariga taʼ mexxej,+ sewwasew bħalma kien qal Ġeħova permezz taʼ Mosè.+