Isaija
52 Stenbaħ, stenbaħ, ilbes saħħtek,+ O Sijon! Ilbes il-ħwejjeġ sbieħ tiegħek,+ O Ġerusalemm, il-belt qaddisa!+ Għax mhux se jerġaʼ jkun hemm fik min mhux ċirkonċiż u min mhux nadif.+ 2 Qum mit-trab,+ tfarfar, oqgħod bil-qiegħda, O Ġerusalemm. Ħoll l-irbit li għandek m’għonqok, O bint imjassra taʼ Sijon.+
3 Għax hekk qal Ġeħova: “B’xejn kontu mibjugħin,+ u mingħajr flus se tinxtraw mill-ġdid.”+
4 Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Kien fl-Eġittu li n-nies tiegħi marru l-ewwel biex jgħixu bħala barranin;+ u min-naħa tagħha, l-Assirja ħaqrithom għalxejn.”
5 “U issa, x’se nagħmel minħabba din is-sitwazzjoni?” hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Għax il-poplu tiegħi ttieħed b’xejn.+ Dawk li ħakmu fuqu qagħdu jgħajtu,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “u l-ħin kollu, il-jum kollu, ismi ġie trattat b’nuqqas taʼ rispett.+ 6 Għal dik ir-raġuni, il-poplu tiegħi se jkun jaf ismi,+ iva, għal dik ir-raġuni f’dak il-jum, għax jien hu li qed nitkellem.+ Ara! Jien hu!”
7 Kemm huma sbieħ fuq il-muntanji saqajn+ dak li qed iġib aħbar tajba,+ dak li qed ixandar il-paċi,+ dak li qed iġib aħbar tajba taʼ xi ħaġa aħjar,+ dak li qed ixandar is-salvazzjoni,+ dak li qed jgħid lil Sijon: “Alla tiegħek sar sultan!”+
8 Ismaʼ! L-għassiesa tiegħek stess+ għollew leħinhom.+ Għalenija jibqgħu jgħajtu bil-ferħ; għax meta Ġeħova jiġbor lura lil Sijon+ se jħarsu f’għajnejn xulxin.+
9 Ifirħu, għajtu bil-ferħ għalenija, postijiet imħarbtin taʼ Ġerusalemm,+ għax Ġeħova farraġ lill-poplu tiegħu;+ xtara mill-ġdid lil Ġerusalemm.+ 10 Ġeħova kixef id-driegħ qaddis tiegħu quddiem għajnejn il-ġnus kollha;+ u t-truf kollha taʼ l-art iridu jaraw is-salvazzjoni t’Alla tagħna.+
11 Warrbu, warrbu, oħorġu minn hemmhekk,+ tmissu xejn li m’huwiex nadif;+ oħorġu minn ġo nofsha,+ ibqgħu nodfa, intom li qed iġġorru l-għodod tad-dar taʼ Ġeħova.+ 12 Għax se toħorġu bla ebda paniku, u m’intomx se taħarbu tiġru.+ Għax Ġeħova se jmur qabilkom,+ u l-Alla taʼ Israel se jkun l-għassies li jimxi warajkom.+
13 Ara! Il-qaddej tiegħi+ se jaġixxi bid-dehen.+ Se jkollu pożizzjoni għolja u se jintrefaʼ u jiġi eżaltat ferm.+ 14 Daqskemm iċċassaw u stagħġbu lejh ħafna nies+—tant kemm id-dehra tiegħu tħassret+ iktar minn taʼ kull bniedem ieħor, u s-sura impressjonanti tiegħu+ iktar minn dik taʼ wlied il-bnedmin— 15 daqstant ieħor se jaħsad lil ħafna ġnus.+ Is-slaten se jagħlqu ħalqhom meta jarawh,+ għax se jaraw dak li ma ntqalilhomx, u se jkollhom jikkunsidraw dak li ma semgħux.+