Ġeremija
39 Fid-disaʼ sena taʼ Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda, fl-għaxar xahar,+ Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, u l-qawwa militari kollha tiegħu ġew Ġerusalemm u bdew jassedjawha.+
2 Fis-sena ħdax taʼ Sedekija, fir-rabaʼ xahar, fid-disaʼ jum tax-xahar, is-swar tal-belt ġew minfudin.+ 3 U l-prinċpijiet kollha tas-sultan taʼ Babilonja daħlu u qagħdu bil-qiegħda fil-Bieb tan-Nofs,+ u dawn kienu Nergal-sareser, Samgar-nebo, Sarsekim, ir-Rabsaris,* Nergal-sareser ir-Rabmag,* u l-prinċpijiet l-oħrajn kollha tas-sultan taʼ Babilonja.
4 Issa ġara li malli Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda, u l-gwerriera kollha rawhom, ħarbu jiġru+ u ħarġu mill-belt bil-lejl mit-triq tal-ġnien tas-sultan,+ mill-bieb taʼ bejn iż-żewġ ħitan; u baqgħu ħerġin mit-triq taʼ l-Għaraba.+ 5 U waħda mill-qawwiet militari tal-Kaldin marret għal warajhom,+ u laħqu lil Sedekija fil-pjanuri tad-deżert taʼ Ġeriko.+ Imbagħad qabduh u ħaduh għand Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, f’Ribla+ fl-art taʼ Ħamat,+ sabiex jaqtagħlu s-sentenza.+ 6 U s-sultan taʼ Babilonja qatel+ lil ulied Sedekija f’Ribla quddiem għajnejh,+ u s-sultan taʼ Babilonja qatel lin-nobbli kollha taʼ Ġuda.+ 7 U lil Sedekija għamieh,+ u mbagħad rabtu bi rbit tar-ram aħmar, sabiex jieħdu f’Babilonja.
8 U l-Kaldin ħarqu bin-nar id-dar tas-sultan u d-djar tan-nies,+ u ġarrfu s-swar taʼ Ġerusalemm.+ 9 U lill-bqija tan-nies li kien għad fadal fil-belt, u lil dawk li kienu marru jagħtu ruħhom f’idejh, u lill-bqija tan-nies li kien għad fadal, Nebużaradan,+ il-kap tal-gwardji persunali tas-sultan,+ ħadhom fl-eżilju f’Babilonja.+
10 U lil xi wħud min-nies, il-foqra li ma kellhom xejn, Nebużaradan, il-kap tal-gwardji, ħalliehom fl-art taʼ Ġuda;+ u dakinhar tahom għelieqi tad-dwieli u kellhom jagħtu servizz obbligatorju.+
11 Iktar minn hekk, Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, ta kmand dwar Ġeremija permezz taʼ Nebużaradan, il-kap tal-gwardji, u qal: 12 “Ħudu u żomm għajnejk fuqu u tagħmillu l-ebda ħsara.+ Imma agħmel miegħu kif jgħidlek hu.”+
13 Għalhekk, Nebużaradan,+ il-kap tal-gwardji, u Nebusażban ir-Rabsaris, u Nergal-sareser ir-Rabmag, u l-irġiel ewlenin kollha tas-sultan taʼ Babilonja bagħtu għalih; 14 dawn bagħtu għal Ġeremija u ħarġuh mill-Bitħa taʼ l-Għassa+ u tawh f’idejn Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ sabiex jieħdu f’daru u jgħammar fost il-poplu.
15 U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija waqt li kien għadu magħluq fil-Bitħa taʼ l-Għassa,+ tgħid: 16 “Mur, u għid lil Għebed-melek+ l-Etjopjan, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel: “Ara, se nwettaq dak li għedt dwar din il-belt biex inġib gwaj mhux ġid,+ u dakinhar kliemi jseħħ quddiemek.”’+
17 “‘U dakinhar jien neħilsek,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u ma tingħatax f’idejn l-irġiel li int beżgħan minnhom.’+
18 “‘Għax jien żgur nipprovdilek mezz biex taħrab, u ma tmutx bis-sejf; u ruħek tiħodha bħala priża,+ għax int fdajt fija,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”