Numri
10 U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 2 “Agħmel żewġ trumbetti tal-fidda.+ Tagħmilhom maħdumin bil-martell, u jridu jkunu għad-dispożizzjoni tiegħek biex issejjaħ+ lill-ġemgħa u biex jiżżarmaw il-kampijiet għat-tluq. 3 U meta jdoqquhom it-tnejn, il-ġemgħa kollha trid tinġemaʼ fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa biex iżżomm l-appuntament tagħha miegħek.+ 4 U jekk idoqqu b’waħda biss, il-kapijiet ewlenin, bħala kapijiet taʼ l-eluf taʼ Israel, iridu wkoll iżommu l-appuntament tagħhom miegħek.+
5 “U intom tridu ddoqqu b’ħoss li jogħla u jitbaxxa, u dawk li huma kkampjati lejn il-lvant iridu jżarmaw il-kampijiet u jitilqu.+ 6 U ddoqqu b’ħoss li jogħla u jitbaxxa t-tieni darba, u dawk li huma kkampjati lejn in-nofsinhar iridu jżarmaw il-kampijiet u jitilqu.+ Għandhom idoqqu b’ħoss li jogħla u jitbaxxa kull darba li jkun se jitlaq wieħed minnhom.
7 “Issa meta ssejħu biex tiġbru lill-kongregazzjoni, għandkom iddoqqu,+ imma mhux b’ħoss li jogħla u jitbaxxa. 8 U wlied Aron, il-qassisin, għandhom idoqqu t-trumbetti,+ u l-użu tagħhom irid iservi bħala statut għalikom għal żmien indefinit* matul il-ġenerazzjonijiet tagħkom.
9 “U jekk tidħlu fi gwerra f’artkom kontra l-għadu li jkun qed jaħqarkom+ tridu ssemmgħu s-sejħa għall-gwerra billi ddoqqu t-trumbetti,+ u Ġeħova Alla tagħkom żgur li jiftakar fikom u jsalvakom mill-għedewwa tagħkom.+
10 “U fil-jum tal-ferħ tagħkom+ u fl-istaġuni tal-festi tagħkom+ u fil-bidu tax-xhur tagħkom,+ tridu ddoqqu t-trumbetti quddiem l-offerti tal-ħruq+ u s-sagrifiċċji taʼ sħubija li toffru;+ u l-użu tagħhom irid iservi bħala tifkira għalikom quddiem Alla tagħkom. Jien Ġeħova Alla tagħkom.”+
11 Issa ġara li, fit-tieni sena, fit-tieni xahar, fl-għoxrin tax-xahar,+ is-sħaba telgħet ’il fuq minn fuq it-tabernaklu+ tat-Testimonjanza. 12 U wlied Israel bdew jitilqu mix-xagħri tas-Sinaj skond il-mod stabbilit għat-tluq tagħhom,+ u s-sħaba waqfet fix-xagħri tal-Faran.+ 13 U bdew jitilqu għall-ewwel darba, skond l-ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+
14 Għalhekk, it-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ wlied Ġuda telqet l-ewwel skond l-armati tagħhom,+ u Naħson,+ bin Għamminadab, kien fuq din l-armata. 15 U fuq l-armata tat-tribù taʼ wlied Issakar kien hemm Netanel,+ bin Sugħar. 16 U fuq l-armata tat-tribù taʼ wlied Żebulun kien hemm Eljab, bin Ħelon.+
17 U nħatt it-tabernaklu,+ u telqu wlied Gerson+ u wlied Merari+ bħala dawk li kellhom iġorru t-tabernaklu.
18 U t-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ Ruben+ telqet skond l-armati tagħhom, u Elisur,+ bin Sedewr kien fuq din l-armata. 19 U fuq l-armata tat-tribù taʼ wlied Simegħon+ kien hemm Selumjel,+ bin Surisaddaj. 20 U fuq l-armata tat-tribù taʼ wlied Gad kien hemm Eljasaf,+ bin Degħwel.
21 U telqu l-Keħatin bħala dawk li kellhom iġorru s-santwarju,+ peress li t-tabernaklu kien ikun diġà twaqqaf sakemm jaslu huma.
22 U t-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ wlied Efrajm+ telqet skond l-armati tagħhom, u Elisama,+ bin Għammiħud kien fuq din l-armata. 23 U fuq l-armata tat-tribù taʼ wlied Manasse+ kien hemm Gamaljel,+ bin Pedaħsur. 24 U fuq l-armata tat-tribù taʼ wlied Benjamin+ kien hemm Abidan,+ bin Gidegħoni.
25 U telqet it-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ wlied Dan,+ peress li kienet l-għassa li timxi wara+ l-kampijiet kollha skond l-armati tagħhom, u Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj, kien fuq din l-armata. 26 U fuq l-armata tat-tribù taʼ wlied Aser+ kien hemm Paggħijel,+ bin Għokran. 27 U fuq l-armata tat-tribù taʼ wlied Naftali+ kien hemm Aħira,+ bin Għenan. 28 Hekk kien ikun it-tluq taʼ wlied Israel skond l-armati tagħhom meta kienu jitilqu.+
29 Imbagħad Mosè qal lil Ħobab, bin Regħwel+ il-Midjani, il-kunjatu taʼ Mosè: “Aħna se nitilqu lejn il-post li dwaru Ġeħova qal, ‘Nagħtihulkom.’+ Ejja magħna, u żgur li nagħmlulek il-ġid,+ għaliex Ġeħova lissen il-ġid rigward Israel.”+ 30 Imma hu qallu: “Ma niġix magħkom, imma mmur lejn pajjiżi+ u lejn qrabati.” 31 U Mosè qallu: “Jekk jogħġbok, titlaqniex, għaliex, peress li int tafu tajjeb il-post fejn se nikkampjaw fix-xagħri, tkun bħala għajnejn għalina. 32 U jrid iseħħ li jekk tiġi magħna,+ iva, irid iseħħ li bit-tjubija li biha Ġeħova jagħmlilna l-ġid, aħna, mill-banda l-oħra, nagħmlulek il-ġid.”
33 Għalhekk, telqu minn fuq il-muntanja taʼ Ġeħova+ għal vjaġġ taʼ tlett ijiem, u l-arka tal-patt taʼ Ġeħova+ kienet miexja quddiemhom għal vjaġġ taʼ tlett ijiem biex ifittxu post taʼ mistrieħ għalihom.+ 34 U s-sħaba taʼ Ġeħova+ kienet fuqhom bi nhar huma u ħerġin mill-post fejn kienu kkampjati.
35 U kien jiġri li meta l-Arka kienet titlaq, Mosè kien jgħid: “Qum, O Ġeħova, u ħa jitferrxu l-għedewwa tiegħek;+ u ħa jaħarbu minn quddiemek dawk li tant jobogħduk.”+ 36 U meta kienet tieqaf, kien jgħid, “Ejja lura, O Ġeħova, lejn il-mirjadi* t’eluf taʼ Israel.”+