Proverbji
4 O wliedi, isimgħu mid-dixxiplina taʼ missierkom+ u agħtu widen, sabiex tiksbu l-abbiltà li tifhmu.+ 2 Għax jien żgur istruzzjoni tajba nagħtikom.+ Il-liġi tiegħi titilquhiex.+ 3 Għax jien kont iben taʼ veru għal missieri,+ teneru u waħdieni għal ommi.+ 4 U hu kien jistruwini+ u jgħidli: “Jalla qalbek+ tibqaʼ żżomm sod maʼ kliemi.+ Ħares il-kmandamenti tiegħi u tibqaʼ tgħix.+ 5 Ikseb l-għerf,+ ikseb l-abbiltà li tifhem.+ Tinsiex, u twarrabx kliem fommi.+ 6 Titlaqx l-għerf, u jieħu ħsiebek. Ħobbu, u jħarsek. 7 L-għerf hu l-aqwa ħaġa.+ Ikseb l-għerf; u maʼ dak kollu li tikseb, ikseb l-abbiltà li tifhem.+ 8 Għożżu ferm, u jeżaltak.+ Jigglorifikak għaliex tħaddnu miegħek.+ 9 Fuq rasek iqegħedlek girlanda taʼ ġmiel;+ kuruna taʼ sbuħija jpoġġilek fuqek.”+
10 Ibni, ismaʼ u aċċetta kliemi.+ Imbagħad snin ħajtek joktru.+ 11 Nistruwik ukoll fi triq l-għerf;+ immexxik fil-mogħdijiet retti.+ 12 Meta timxi, il-pass tiegħek ma jiġix imfixkel;+ u jekk tiġri, ma titfixkilx.+ 13 Aqbad sew mad-dixxiplina;+ titlaqhiex.+ Ħarisha, għax hi ħajtek.+
14 Tidħolx fil-mogħdija tan-nies mill-agħar,+ u tibqax sejjer dritt fi triq il-ħżiena.+ 15 Aħrabha,+ tgħaddix minn ħdejha;+ warrab minnha, u ibqaʼ sejjer.+ 16 Għax huma ma jorqdux jekk ma jagħmlux il-ħażen,+ u ngħashom itirilhom jekk ma jfixklux lil xi ħadd.+ 17 Għax huma jieklu ħobż il-ħażen,+ u nbid il-vjolenza jixorbu.+ 18 Imma l-mogħdija tan-nies sewwa hi bħal dawl qawwi li qed jiżdied iktar u iktar sal-milja tal-jum.+ 19 Triq in-nies mill-agħar hija bħad-dlam;+ ma jafux fiex qed ikomplu jitfixklu.+
20 Ibni, agħti widen għal kliemi.+ Mejjel widintek għal dak li ngħidlek.+ 21 Jalla ma jitlaqx minn quddiem għajnejk.+ Żommu fil-fond taʼ qalbek.+ 22 Għaliex huwa ħajja għal dawk li jsibuh+ u saħħa għal ġisimhom kollu.+ 23 Iktar minn kull ħaġa oħra li għandek tħares, ħares lil qalbek,+ għax minn ġo fiha ġejjin is-sorsi tal-ħajja.+ 24 Warrab minnek it-tagħwiġ tal-kliem;+ u l-qerq tax-xofftejn biegħed minnek.+ 25 Inkwantu għal għajnejk, dawn għandhom iħarsu dritt ’il quddiem,+ iva, b’għajnejk ileqqu għandek tħares fiss quddiemek.+ 26 Witti t-triq għal saqajk,+ u jalla triqatek kollha jkunu stabbiliti fis-sod.+ 27 Tilwix lejn il-lemin u lanqas lejn ix-xellug.+ Warrab sieqek mill-ħażen.+