1 Korintin
6 Hemm xi ħadd minnkom li jkollu każ+ kontra xi ħadd ieħor u jażżarda jmur il-qorti quddiem bnedmin inġusti+ u mhux quddiem il-qaddisin?+ 2 Jew ma tafux li l-qaddisin se jiġġudikaw+ lid-dinja?+ U jekk id-dinja għad trid tiġi ġudikata minnkom, m’intomx kapaċi tiġġudikaw kwistjonijiet żgħar ferm?+ 3 Ma tafux li se niġġudikaw lill-anġli?+ Allura, għala ma niġġudikawx ukoll kwistjonijiet taʼ din il-ħajja? 4 Mela, jekk għandkom xi kwistjonijiet taʼ din il-ħajja li jridu jiġu ġudikati,+ se tqiegħdu bħala mħallfin+ lill-bnedmin li huma mwarrbin mill-kongregazzjoni? 5 Qed nitkellem biex inġegħelkom tistħu.+ Jaqaw m’hemmx bniedem wieħed fostkom li hu għaref+ u kapaċi jiġġudika l-kwistjonijiet taʼ bejn ħutu? 6 Minflok, l-aħwa qed itellgħu lil xulxin il-qorti, u dan quddiem nies li ma jemmnux.+
7 Għalhekk, mela, dan ifisser telfa sħiħa għalikom li qed tiftħu kawżi l-qorti+ kontra xulxin. Minflok għax ma tħallux min jonqoskom?+ Għax ma tħallux min jimbroljakom?+ 8 Għall-kuntrarju, intom qed tonqsu u timbroljaw, u dan qed tagħmluh lil ħutkom stess.+
9 X’inhu! Ma tafux li l-inġusti ma jirtux is-saltna t’Alla?+ Titqarrqux. La ż-żienja,+ la l-idolatri,+ la l-adulteri,+ la l-irġiel miżmumin għal skopijiet mhux naturali,+ la l-irġiel li jimteddu maʼ l-irġiel,+ 10 la l-ħallelin, la r-rgħiba,+ la s-sakranazzi,+ la ż-żeblieħa, lanqas l-imbroljuni ma jirtu s-saltna t’Alla.+ 11 U madankollu, hekk kienu xi wħud minnkom.+ Imma ġejtu maħsulin,+ imma ġejtu mqaddsin,+ imma ġejtu dikjarati ġusti+ f’isem il-Mulej tagħna Ġesù Kristu+ u bl-ispirtu t’Alla tagħna.+
12 Kollox hu permess għalija; iżda mhux kollox hu vantaġġuż.+ Kollox hu permess+ għalija; iżda ma nħalli l-ebda ħaġa jkollha awtorità fuqi.+ 13 L-ikel hu għaż-żaqq, u ż-żaqq għall-ikel;+ imma Alla se jġibhom it-tnejn fix-xejn.+ Issa l-ġisem m’huwiex għaż-żína, iżda għall-Mulej;+ u l-Mulej hu għall-ġisem.+ 14 Imma Alla qajjem lill-Mulej+ u se jqajjem lilna wkoll mill-mewt+ bil-qawwa tiegħu.+
15 Ma tafux li l-iġsma tagħkom huma membri+ taʼ Kristu?+ Allura, se nieħu jien lill-membri tal-Kristu u nagħmilhom membri taʼ prostituta?+ Jalla qatt ma jkun dan! 16 X’inhu! Ma tafux li min jingħaqad maʼ prostituta jkun ġisem wieħed magħha? Għax jgħid: “It-tnejn ikunu ġisem wieħed.”+ 17 Imma min jingħaqad mal-Mulej hu spirtu+ wieħed+ miegħu. 18 Aħarbu miż-żína.+ Kull dnub ieħor li jagħmel il-bniedem hu ’l barra minn ġismu, imma min jipprattika ż-żína qed jidneb kontra ġismu stess.+ 19 X’inhu! Ma tafux li ġisimkom hu t-tempju+ taʼ l-ispirtu qaddis li hemm fikom+ u li rċivejtu mingħand Alla? Ukoll, m’intomx tagħkom infuskom,+ 20 għax kontu mixtrijin bi prezz.+ Għalhekk, igglorifikaw lil Alla+ f’ġisimkom.+