1 Kronaki
16 U hekk daħħlu+ l-arka taʼ l-Alla l-veru u poġġewha ġot-tinda li David kien waqqaf għaliha;+ u bdew jippreżentaw offerti tal-ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija* quddiem l-Alla l-veru.+ 2 Meta David temm joffri l-offerta tal-ħruq+ u s-sagrifiċċji taʼ sħubija,+ bierek+ lin-nies f’isem Ġeħova.+ 3 Barra minn hekk, lill-Israelin kollha, sew irġiel u sew nisa, qassmilhom+ ħobża, ċappa tamal, u ċappa żbib kull wieħed. 4 Imbagħad quddiem l-arka taʼ Ġeħova qiegħed lil xi wħud mil-Leviti+ bħala qaddejja,+ kemm biex jagħtu tfakkiriet+ u kemm biex jirringrazzjaw+ u jfaħħru+ lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, 5 lil Asaf,+ il-kap, u t-tieni warajh Żakkarija, u Ġegħijel, Semiramot, Ġeħijel, Mattitija, Eljab, Benaja, Għobed-edom, u Ġegħijel,+ bi strumenti tal-korda u bl-arpi,+ u Asaf+ biċ-ċimbali jdoqqu b’ħoss qawwi,+ 6 u lil Benaja u Ġaħażijel, il-qassisin, bit-trumbetti+ l-ħin kollu quddiem l-arka tal-patt taʼ l-Alla l-veru.
7 Kien dakinhar li David ikkompona salm*+ għall-ewwel darba biex jirringrazzja+ lil Ġeħova permezz t’Asaf+ u ħutu:
12 Ftakru fl-atti taʼ l-għaġeb li wettaq,+
Fil-mirakli tiegħu u fid-deċiżjonijiet ġudizzjarji taʼ fommu,+
14 Hu Ġeħova Alla tagħna;+ fl-art kollha huma d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu.+
24 Irrakkontaw fost il-ġnus il-glorja tiegħu,
Fost il-popli kollha l-atti tiegħu taʼ l-għaġeb.
25 Għax Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir,+
U għandkom tibżgħu minnu iktar milli mill-allat l-oħrajn kollha.+
26 Għax l-allat kollha tal-popli huma allat bla siwi.+
Inkwantu għal Ġeħova, hu għamel is-smewwiet.+
29 Irrikonoxxu l-glorja taʼ isem Ġeħova,+
Aqbdu għotja u idħlu quddiemu.+
Milu quddiem Ġeħova mżejnin bi lbies qaddis.+
30 Imtlew bil-biżaʼ* minħabba fih, intom in-nies kollha taʼ l-art!
L-art produttiva wkoll hi stabbilita fis-sod:
Qatt ma se titħarrek.+
33 Fl-istess ħin ħa jgħajtu bil-ferħ is-siġar tal-foresta minħabba Ġeħova,+
Għax hu ġie biex jiġġudika l-art.+
34 Irringrazzjawh lil Ġeħova, għax hu tajjeb,+
Għax għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu.+
35 U għidu, ‘Salvana, O Alla tas-salvazzjoni tagħna,+
U iġborna flimkien u eħlisna mill-ġnus,+
Biex irroddu ħajr lil ismek qaddis,+ biex nitkellmu bil-ferħ waqt li nfaħħruk.+
36 Ikun imbierek Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, minn dejjem għal dejjem.’”+
U n-nies kollha qalu, “Amen!” u faħħru lil Ġeħova.+
37 Imbagħad ħalla lil Asaf+ u lil ħutu hemmhekk quddiem l-arka tal-patt taʼ Ġeħova biex jaqdu+ quddiem l-Arka l-ħin kollu, skond il-ħtieġa taʼ kull ġurnata;+ 38 u lil Għobed-edom u lil ħutu, tmienja u sittin, u lil Għobed-edom, bin Ġedutun, u lil Ħosa bħala għassiesa tal-bibien; 39 u lil Sadok,+ il-qassis, u lil ħutu, il-qassisin, quddiem it-tabernaklu taʼ Ġeħova fil-post għall-qima* li kien hemm f’Gibegħon,+ 40 biex joffru offerti tal-ħruq lil Ġeħova fuq l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq il-ħin kollu fil-għodu u fil-għaxija u għal kulma hu miktub fil-liġi taʼ Ġeħova li qiegħed bħala kmand fuq Israel;+ 41 u magħhom lil Ħeman+ u lil Ġedutun u lill-bqija taʼ l-irġiel magħżulin li ntgħażlu+ b’isimhom biex jirringrazzjaw lil Ġeħova,+ għaliex “għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu”;+ 42 u magħhom lil Ħeman+ u lil Ġedutun,+ biex idoqqu t-trumbetti+ u ċ-ċimbali u l-istrumenti taʼ l-għanja taʼ l-Alla l-veru; u wlied+ Ġedutun kienu mal-bieb. 43 U n-nies kollha marru, kull wieħed lejn daru stess.+ Għaldaqstant, David mar biex ibierek lil daru stess.