Ħosea
6 “Ejjew, ħa nerġgħu lura lejn Ġeħova,+ għax hu stess qattagħna biċċiet+ imma se jfejjaqna.+ Hu sawwatna, imma se jinfaxxana.+ 2 Se jagħtina l-ħajja wara jumejn.+ Fit-tielet jum iqajjimna, u aħna ngħixu quddiemu.+ 3 U se nkunu nafu, iva, se nibqgħu nfittxu li nkunu nafu lil Ġeħova.+ Bħaż-żerniq,+ il-wasla tiegħu hija stabbilita fis-sod.+ Jiġi għandna bħax-xita qawwija;+ bħax-xita tar-rebbiegħa li xxebbaʼ l-art.”+
4 “X’nagħmillek, O Efrajm? X’nagħmillek, O Ġuda,+ meta l-qalb tajba bl-imħabba tagħkom hi bħas-sħab taʼ fil-għodu u bħan-nida li tgħib kmieni? 5 Għalhekk ikolli nidrobhom permezz tal-profeti;+ se jkolli noqtolhom bi kliem fommi.+ U l-ġudizzji fuqek ikunu bħad-dawl li jiddi.+ 6 Għax jien bil-qalb tajba bl-imħabba tgħaxxaqt,+ mhux bis-sagrifiċċji;+ u bl-għarfien dwar Alla minflok bl-offerti sħaħ tal-ħruq.+ 7 Imma huma, bħal sempliċi bnedmin, kisru l-patt.+ Hemmhekk aġixxew miegħi bi tradiment.+ 8 Gilegħad+ hija belt mimlija nies li jipprattikaw il-ħsara; il-passi tagħhom huma demm.+ 9 U bħal qtajjaʼ taʼ ħallelin lesti għal xi ħadd,+ hekk hi l-ġemgħa taʼ qassisin.+ F’Sikem+ joqtlu mal-ġenb tal-mogħdija, għax ma jwettqu xejn ħlief kondotta laxka.+ 10 Fid-dar taʼ Israel rajt ħaġa orribbli.+ Hemmhekk Efrajm żena.+ Israel tniġġes.+ 11 Iktar minn hekk, O Ġuda, hemm ħsad lest għalik, meta niġbor lura lill-imjassrin tal-poplu tiegħi.”+