Salmi
3 Sir għalija fortizza tal-blat li nistaʼ nidħol fiha l-ħin kollu.+
Agħti kmand biex issalvani,+
Għax int il-blat għoli tiegħi u l-fortizza tiegħi.+
4 O Alla tiegħi, ħarrabni minn taħt idejn il-ħażin,+
Mill-pala taʼ idejn dak li qed jaġixxi b’inġustizzja u moħqrija.+
5 Għax int it-tama tiegħi,+ O Mulej Sovran Ġeħova, il-fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.+
6 Fuqek serraħt minn mindu kont fiż-żaqq;+
Int Dak li ħriġtni mill-ġewwieni t’ommi.+
Għalik hu t-tifħir tiegħi l-ħin kollu.+
10 Għax l-għedewwa tiegħi tkellmu dwari,+
U dawk li qegħdin għassa għal ruħi kkonsultaw flimkien,+
Iġru warajh u aqbduh, għax m’hemmx min jeħilsu.”+
13 Jalla jistħu, jalla jintemmu dawk li qed jopponuni.+
Ħa jinksew bit-tmaqdir u bl-umiljazzjoni dawk li jipprovaw jagħmluli l-ħsara.+
15 Fommi stess se jitkellem dwar is-sewwa tiegħek,+
Il-jum kollu nitkellem dwar is-salvazzjoni tiegħek,+
Għax lanqas naf kemm hu l-għadd tagħhom.+
16 Jien ġej bis-setgħa grandjuża tiegħek,+ O Mulej Sovran+ Ġeħova;
Se nsemmi s-sewwa tiegħek, tiegħek biss.+
17 O Alla, int għallimtni minn żgħożiti ’l quddiem,+
U s’issa għadni nitkellem dwar l-għemejjel tiegħek taʼ l-għaġeb.+
18 Sakemm nixjieħ u xagħri jsir griż, O Alla, titlaqnix,+
Sakemm inkun nistaʼ ngħid dwar driegħek lill-ġenerazzjoni,+
Lil dawk kollha li għad iridu jiġu, dwar is-setgħa tiegħek.+
19 Is-sewwa tiegħek, O Alla, jilħaq fl-għoli.+
Fl-affarijiet kbar li għamilt,+
O Alla, min hu bħalek?+
20 Talli wrejtni ħafna niket u inkwiet,+
Agħtini l-ħajja mill-ġdid;+
U erġaʼ tellagħni mill-ilmijiet fondi taʼ l-art.+