Isaija
58 “Għajjat b’ħanġra daqsiex; toqgħodx lura.+ Għolli leħnek sewwasew bħal qarn, u għid lill-poplu tiegħi l-irvell tagħhom,+ u lil dar Ġakobb dnubiethom. 2 Madankollu, jum wara jum baqgħu jfittxuni, u esprimew li jitgħaxxqu bl-għarfien taʼ triqati,+ bħal ġens li pprattika s-sewwa u li ma telaqx il-ġustizzja t’Alla tiegħu,+ għax baqgħu jitolbuni għal ġudizzji sewwa, billi resqu qrib Alla li kienu jitgħaxxqu bih,+
3 “‘Għalfejn somna u int ma rajtx,+ u għakkisna ruħna+ u int ma tajtx kas?’+
“Tassew li tgħaxxaqtu b’jum is-sawm tagħkom, waqt li kien hemm dawk kollha li kienu qed jitħabtu għalikom u li kontu qed iġġegħluhom jaħdmu.+ 4 Imma fil-fatt, biex titlewmu u tiġġieldu kontu ssumu,+ u biex tagħtu bil-ponn tal-ħażen.+ Ma bqajtux intom issumu bħallikieku kien il-jum li leħinkom jinstemaʼ fl-għoli? 5 Għandu s-sawm li nagħżel jien isir hekk, bħala jum biex il-bniedem jgħakkes ruħu?+ Biex ibaxxi rasu bħall-ħaxix,* u biex jifrex id-drapp taʼ l-ixkora u l-irmied bħala friexu?+ Dan issejħulu sawm u jum aċċettabbli għal Ġeħova?+
6 “M’huwiex dan is-sawm li nagħżel jien? Li terħu l-ktajjen tal-ħażen,+ li tħollu l-irbit taʼ l-istanga tal-madmad,+ u li teħilsu lill-imfarrkin,+ u li taqsmu kull stanga tal-madmad fi tnejn?+ 7 M’huwiex li taqsam ħobżok maʼ min hu bil-ġuħ,+ u li ddaħħal f’darek lil dawk li qed isofru u li m’għandhomx dar?+ U li jekk tara lil xi ħadd għarwien, tgħattih,+ u li ma tinħebiex minn laħmek stess?+
8 “F’dak il-każ id-dawl tiegħek ifiġġ bħaż-żerniq;+ u tirkupra bil-ħeffa.+ U s-sewwa jimxi quddiemek;+ il-glorja taʼ Ġeħova tkun għassa warajk.+ 9 F’dak il-każ int issejjaħ, u Ġeħova jwieġeb; tgħajjat għall-għajnuna,+ u hu jgħid, ‘Hawn jien!’
“Jekk tneħħi minn nofsok l-istanga tal-madmad,+ u tieqaf tipponta sebgħek,+ u ma tgħidx kliem taʼ ħsara;+ 10 u tagħti lil min hu bil-ġuħ dak li tixtieq ruħek stess,+ u tissodisfa lir-ruħ li qed issofri, id-dawl tiegħek se jiddi saħansitra fid-dlam, u s-swidija tiegħek se tkun bħal nofsinhar.+ 11 U Ġeħova jkollu jmexxik+ il-ħin kollu+ u jissodisfalek ruħek saħansitra f’art niexfa,+ u jsaħħaħlek għadmek;+ u int issir bħal ġnien imsoqqi tajjeb,+ u bħal għajn taʼ l-ilma li l-ilmijiet tagħha ma jigdbux. 12 U bl-inizjattiva tiegħek jerġgħu jibnu l-postijiet li ilhom ħerba żmien twil;+ int ittellaʼ l-pedamenti li ilhom hekk għal ġenerazzjonijiet sħaħ.+ U tissejjaħ dak li jsewwi t-tiċrit,+ dak li jirranġa t-toroq biex wieħed jgħammar ħdejhom.
13 “Jekk minħabba s-Sabat int treġġaʼ lura saqajk u ma tibqax tagħmel dak li jogħġob lilek fil-jum qaddis tiegħi,+ u s-Sabat issejjaħlu għaxqa kbira, jum qaddis taʼ Ġeħova, wieħed glorifikat,+ u fil-fatt tigglorifikah minflok ma timxi fi triqatek, minflok tfittex dak li jogħġob lilek u tgħid kliem fil-vojt; 14 fil-każ int se titgħaxxaq ferm b’Ġeħova,+ u jien intellgħek fuq il-postijiet għoljin taʼ l-art;+ u nitimgħek mill-wirt taʼ Ġakobb missierek,+ għax fomm Ġeħova stess qalu dan.”+