97 Ġeħova sar sultan!+ Ħa tifraħ l-art.+
Ħa jithennew il-ħafna gżejjer.+
2 Sħab u dalma ħoxna hemm madwaru;+
Fuq is-sewwa u l-ġudizzju hu stabbilit it-tron tiegħu.+
3 In-nar jimxi quddiemu,+
U jiblaʼ lill-avversarji tiegħu taʼ madwaru.+
4 Is-sajjetti tiegħu dawlu l-art produttiva;+
L-art rat dan u qabadha wġigħ kbir.+
5 Il-muntanji dabu bħax-xamaʼ minħabba Ġeħova,+
Minħabba l-Mulej taʼ l-art kollha.+
6 Is-smewwiet irrakkontaw is-sewwa tiegħu,+
U l-popli kollha raw il-glorja tiegħu.+
7 Ħa jistħu dawk kollha li jaqdu xbieha skolpita,+
Dawk li jiftaħru b’allat bla siwi.+
Milu quddiemu, intom l-allat kollha.+
8 Sijon semgħet u bdiet tithenna,+
U l-bliet żgħar taʼ Ġuda bdew jifirħu+
Minħabba d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek, O Ġeħova.+
9 Għax int, O Ġeħova, int l-Iktar Għoli fuq l-art kollha;+
Int tlajt fl-għoli ferm, ’il fuq mill-allat l-oħrajn kollha.+
10 O intom li tħobbu lil Ġeħova,+ obogħdu dak li hu ħażin.+
Hu qed iħares ruħ il-leali tiegħu;+
Minn id dawk mill-agħar jeħlishom.+
11 Leħħ dawl għall-ġust,+
U ferħ għal dawk retti f’qalbhom.+
12 Thennew b’Ġeħova, O ġusti,+
U roddu ħajr għat-tifkira qaddisa tiegħu.+