Salmi
136 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
2 Irringrazzjaw lill-Alla taʼ l-allat:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
3 Irringrazzjaw lil Sid is-sidien:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
4 Lil Dak li waħdu jagħmel affarijiet kbar u taʼ l-għaġeb:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
5 Li għamel is-smewwiet bl-intelliġenza:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
6 Li firex l-art ’il fuq mill-ilmijiet:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
7 Li għamel id-dwal il-kbar:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
8 Iva, ix-xemx biex tiddomina bi nhar:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
9 Il-qamar u l-kwiekeb biex jiddominaw flimkien bil-lejl:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
10 Li qatel lill-ewwel imweldin taʼ l-Eġittu:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
11 U li ħareġ lil Israel minn ġo nofshom:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
12 B’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;
13 Li feraq il-Baħar l-Aħmar:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
14 U li għadda lil Israel minn ġo nofsu:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
15 U li tefaʼ lill-Fargħun u l-qawwa militari tiegħu fil-Baħar l-Aħmar:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
16 Lil Dak li mexxa lill-poplu tiegħu mix-xagħri:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
18 U li qatel lil slaten maestużi:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
19 Iva, lil Siħon is-sultan taʼ l-Amurrin:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
20 U lil Għog is-sultan tal-Basan:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
21 U li ta arthom bħala wirt:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
22 Wirt lil Israel il-qaddej tiegħu:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
23 Li meta konna f’qagħda baxxa ftakar fina:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
24 U li darba wara l-oħra ħatafna minn idejn l-avversarji tagħna:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
25 Hu li jagħti l-ikel lil kull ħliqa tal-laħam:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem;+
26 Irringrazzjaw lill-Alla tas-smewwiet:+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.+